Friday, November 15, 2024

Twitter ineħħu kummenti ta’ uffiċjali tal-ambaxxata Russa f’Londra

Aqra wkoll

… wara allegazzjonijiet infondati dwar l-attakk fuq sptar Ukren

Is-sit soċjali Twitter neħħa żewġ kummenti li kitbet l-ambaxxata Russa ġewwa l-Londra liema kummenti kienu jgħidu li r-rapporti dwar bumbardamenti li saru fuq sptarijiet Ukreni minn forzi Russi kienu fabbrikati u foloz. 

Dan il-kumment kien qiegħed jitkellem dwar l-attakki li seħħew nhar l-Erbgħa li għaddiet fuq l-isptar ta’ Mariupol fejn fih tliet persuni tilfu ħajjithom. Il-kummenti ppubblikati mill-imsemmija ambaxxata kienu jgħidu li dan l-isptar ma kienx qiegħed jopera waqt l-bumbardament u saħansitra anke qalu li n-nisa feruti li dehru jinħarġu minn fuq il-post kienu atturi. 

Dawn kienu kummenti infondati u minħabba f’hekk Twitter neħħiehom għaliex kienu jmorru kontra r-regoli ta’ dan is-sit f’dak li għandu x’jaqsam ma’ “ċaħda ta’ avvenimenti vjolenti”. L-uffiċjali ta’ din l-ambaxxata ma pprovdew l-ebda evidenza konkreta ta’ dak li allegaw, u f’riċerka li għamlu l-ġurnalisti ta’ BBC instab li l-evidenza li teżisti tikkontradixxi l-allegazzjonijiet tar-Russi. 

Ekonomija

Sport