Sunday, November 24, 2024

Twitter tiftaħ battalja legali ma’ Elon musk wara li biddel fehmtu dwar ix-xiri tal-pjattaforma

Aqra wkoll

Il-kumpanija ġgantesta Twitter se tkun qiegħda tfittex bil-qorti lill-biljunarju Elon Musk biex tipprova tisfurzah jixtri din il-pjattaforma soċjali. 

L-azzjoni min-naħa ta’ twitter qiegħda ssir hekk kif Musk ħabbar li huwa se jirtira l-offerta ġgantesta ta’ $44 biljun biex jixtri din il-pjattaforma soċjali. Musk qal li se jagħmel dan minħabba li Twitter ma tatux l-informazzjoni dwar kemm hemm kontijiet foloz u ta’ spam fuq din il-pjattaforma. 

Wara li Musk qal dan, Twitter talab lill-qorti ta’ Delaware biex tordna lil Musk ħalli jonora l-ftehim li kien maqbul. Fit-talba tagħhom, Twitter qalu li huma jridu li Musk jonora dak li kien iffirma wara li poġġa lil dan is-sit “fi spettaklu pubbliku”. 

Huma tennew li ma jaqblu xejn mal-fatt li “Musk apparentament jemmen li, għall-kuntrarju ta’ dak li tgħid il-liġi ta’ Delaware, jista’ jbiddel fehmtu wara li kien iffirma l-ftehim ta’ merger.”

Sport