Saturday, November 16, 2024

Twitter twaqqaf kampanja ta’ Trump minħabba allegat ksur ta’ copyright

Aqra wkoll

Jidher li l-President Amerikan Donald Trump għal darb’oħra kiser ir-regolamenti ta’ Twitter. Dan hekk kif il-kampanja presidenzjali ta’ Trump twaqqfet minn Twitter f’dak li jidher li huwa ksur ta’ copyright.

It-tweet kien jikkonsisti minn filmat li juri d-diskors ta’ inawgurazzjoni ta’ Trump bħala President tal-Istati Uniti, b’siltiet minn filmati oħrajn.

Dan kollu filwaqt li fl-isfond tal-filmat kienet qed tindaqq id-diska ta’ Linkin Park “In The End”.

Din mhijiex l-ewwel darba li tweet ta’ Trump twaqqfet minn Twitter minħabba ksur ta’ copyright, jew talli jkunu nkisru t-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma soċjali.

Lejn tmiem Ġunju li għadda Trump ippubblika numru ta’ tweets fejn wissa lil dimostranti ta’ “Black Lives Matter” li jekk jipprovaw joħolqu zona awtonoma f’Washington, allura dawn kienu se jiffaċċjaw “forza serja”.

Dawn it-tweets tneħħew minn Twitter, bil-pjattaforma tgħid li tali tweets imorru kontra l-politika tagħhom kontra komportament abbużiv, b’mod speċifiku l-preżenza ta’ theddid bi vjolenza kontra grupp mhux identifikabbli.

Ekonomija

Sport