Diversi timijiet jinsabu interessati fil-plejer ta’ Southampton Tyler Dibling. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit minn Bayern Munich, Manchester United, Manchester City u RB Leipzig.
Dibling jilgħab bħala plejer ta’ nofs il-grawnd, għandu 19-il sena u lagħab 25 darba ma’ Southampton filwaqt li skorja żewġ gowls.
Sadanittant it-tim tiegħu xejn m’hu qiegħed f’pożizzjoni tajba fil-Premier League Ingliż hekk kif jinsabu fl-aħħar post b’disa’ punti biss.