Għalkemm kollox kien lest biex id-difensur xellugi Tyrell Malacia jmur ma’ Benfica, kollox sfaxxa fl-aħħar sigħat biex issa huma Celtic Glasgow li qed jitħajru għalih.
Malacia mhux se jsib postu mar-Red Devils wara li dawn tal-aħħar kisbu s-servizzi tad-difensur internazzjonali Daniż Patrick Dorgu.
Malacia, li għandu 25 sena, qed ifittex li jsib aktar minuti ta’ logħob, xi ħaġa li taħt il-kowċ Ruben Amorim hu ferm diffiċli li jsib.