Tuesday, June 17, 2025

Tyrone Borg … minn suċċess fil-boxing għal ieħor fiċ-ċikliżmu

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport?

Jien dejjem fl-isport, u meta waqaft nipprattika l-boxing kienu introduċewni mal-Enduro Mountain Biking u mal- ewwel għoġobni. Trid tkun b’sahhtek għalih kif ukoll jagħtik pjaċir mod ieħor  Tkun ħafna ħin fin- natura ‘l bogħod minn kollox kif ukoll dejjem tiltaqa’ ma’ xi ostaklu ġdid fejn inti trid tegħleb il-biżá u tegħleb l-ostaklu. 

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek fil-boxing.

Fil-boxing kelli karriera sabiħa ħafna,  fejn irbaħt ħafna unuri prestiġjużi hawn Malta u bqajt sakemm waqaft mingħajr mhux megħlub (‘undefeated’). Sibt ħafna għajnuna minn diversi nies, mill-kowċ Steve Martin, mill-familja u mill-ħbieb. 

U dik preżenti fiċ-ċikliżmu.

Hija esperjenza sabiħa meta tlajna grupp Sqallija u għamila downhill rides maġenb l-Etna. 

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa fiċ-ċikliżmu?

Sa issa xejn! Jien nipprattika ċ-ċikliżmu biss għall-gost!

Kif tqis il-livell taċ-ċiklizmu f’pajjiżna fil-preżent?

Hawn livell kbir, hawn ħafna nies li jipprattikawh. Kif taf dejjem nitolbu biex jagħmlu bike parks imma jkollna nsiefru barra minn xtutna, għax sa issa għad m’għandniex il-faċilitajiet fejn nitħarrġu. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fiċ-ċikliżmu?

Jiena kif għidtlek, dan passatemp għalija u ma nagħmlux bħala livell ta’ kompetizzjoni imma nitħarreġ kemm nista’ biex nibqa’ ngawdi dawriet ma’ sħabi u ngawdi n-natura. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fiċ-ċikliżmu.

Jien nixtieq ninkoraġġixxi bis-sħiħ lill-ġenituri biex kemm jista’ jkun jiddedikaw ħin għat-tfal u jħeġġuhom biex jipprattikaw xi tip ta’ sport. Ir-rota hija waħda minnhom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport