Saturday, December 21, 2024

Tyson Fury ikkonfermat champion tal-heavyweight tal-WBC

Aqra wkoll

Tyson Fury irnexxielu jegħleb lil Deontay Wilder f’knockout sensazzjonali fil-11-il rawnd liema ġlieda, li seħħet fit-T-Mobile Arena ġewwa Las Vegas, ġiet meqjusa bħala waħda eċċitanti. B’hekk Fury żamm it-titlu tal-heavyweight tal-WBC (World Boxing Council).

Għoxrin xahar minn meta Fury ħa t-titlu lill-Amerikan Wilder, ir-raġel ta’ 33 sena kellu juri d-determinazzjoni u r-reżiljenza kollha tiegħu biex jestendi r-rekord professjonali tiegħu ta’ bla telfa ta’ 32 ġlieda minkejja li jiġi mwaqqa’ darbtejn fl-art fir-raba’ rawnd. 

Wilder baqa’ jirreżisti sa tmiem is-seba’ rawnd u l-ġlieda baqgħet waħda akkanita sal-10 rawnd fejn Fury tah daqqa tajba. Meta Fury ħareġ fil-11-il rawnd huwa ta’ d-daqqa rebbieħa li biha temm dan il-kapitlu partikolari tal-heavyweight boxing.

“Kont fl-art għal ftit drabi u weġġgħajt. Wilder huwa b’saħħtu ħafna,” qal Fury dwar l-avversarju tiegħu, li ttieħed l-isptar bħal prekawzjoni wara din il-ġlieda.

Ekonomija

Sport