Thursday, December 26, 2024

Tyson Fury jħabbar li rtira mill-boxing

Aqra wkoll

Tyson Fury ħabbar li rtira mill-boxing wara r-rebħa tiegħu tat-titlu ta’ heavyweight fuq Dillian Whyte li saret f’Wembley Stadium.

‘The Gypsy King’ ipproduċa prestazzjoni sublimi biex għeleb lill-Britanniku, Dillian Whyte, fi ġlieda quddiem 94,000 spettatur.

Fury rebaħ l-erba’ titli dinjija ewlenin tal-boxing matul il-karriera tiegħu, meta għeleb lil Wladimir Klitschko biex rebaħ it-titli IBF, WBO u WBA fl-2015.

Iżda sena wara kellu jieqaf hekk kif kien qed jiġġieled kontra id-dipressjoni u l-vizzju tad-droga, u kien jidher li l-karriera tiegħu kienet spiċċat… qabel ma fl-2018 reġa’ rritorna. 

Fi Frar 2020, huwa rritorna fil-quċċata wara rebħa kbira fuq Deontay Wilder biex rebaħ it-titlu WBC.

Matul il-ġimgħa li għaddiet Fury insista li din kienet se tkun l-aħħar ġlieda tiegħu fejn iġġieled fir-Renju Unit għall-ewwel darba f’erba’ snin.

U minkejja r-rikkezzi li jġib miegħu dan l-isport, Fury ddeċieda li jdendel l-ingwanti  tiegħu biex jiddedika ħajtu għall-familja tiegħu wara li għamel wegħda ma’ martu Paris li ilhom miżżewġin għal dan l-aħħar 14-il sena, li wara l-ġlieda huwa se jirtira għal kollox. 

Ekonomija

Sport