Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-15-il sena, Jonathan Holland, sejjaħ skwadra ta’ 23 player għal żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Ċipru.
L-ewwel logħba se tintlagħab proprju llum, fis-2.00 pm. Din se tkun segwita mit-tieni partita li tintlagħab, nhar il-Ħamis, 13 ta’ Marzu, fl-istess ħin. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.
Dawn il-partiti huma vitali biex il-coach Holland ikompli jevalwa l-iskwadra u biex il-players żgħażagħ jiksbu l-esperjenza meħtieġa kontra oppożizzjoni barranija.
L-iskwadra msejħa minn Holland hija:
Goalkeepers – Noah Mulholland (Hibernians), Deyan Gatt (Valletta)
Difensuri – Matteo Mangion, Zayden Azzopardi (Hamrun Spartans), Andrei Agius, Giorgio Cristauro, Jake Bonnici (Pietà Hotspurs), Jayden Roe, Liam Galea, Liam Gatt, Robbie Formosa (Hibernians), Adam Miceli (San Gwann), Luke Buttigieg (St Andrew’s)
Midfielders – Nicholas Busuttil (Melita), Nikolai Attard (San Gwann), Ayrem Aquilina (Valletta), Jerome Aquilina (Birkirkara)
Forwards – Cole Zerafa, Kaden Camilleri, Kenzil Vella (Hibernians), Lukas Wright (Queens Park Rangers FC – Ingilterra), Mateja Stevanovic (St Andrew’s), Matthew Higgans (Hamrun Spartans)