Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena, Francesco Macri, sejjaħ skwadra ta’ 22 player għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li se jintlagħbu fl-Italja, fil-jiem li ġejjin.
L-ewwel konfront se jkun kontra Sampdoria tal-istess kategorija, fiċ-Centro Sportivo ta’ Sampdoria, f’Bogliasco, nhar is-Sibt 22 ta’ Frar 2025, fis-2.30 pm.
Dan imbagħad ikun segwit minn partita oħra ta’ ħbiberija, din id-darba kontra Spezia, nhar it-Tnejn, 24 ta’ Frar 2025, li tintlagħab fis-2.30 pm, fiċ-Centro Sportivo ta’ Spezia.
Dawn iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija se jkunu vitali għat-team hekk kif il-coach Macri se jkollu ċ-ċans li jagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-players qabel ir-Round 2 tal-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew 2025.
Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp B5, fejn se tkun qed tospita l-mini-tournament, li jinkludi lill-Bulgarija, lil-Lussemburgu u lill-Faroe Islands.
Dan il-mini-tournament se jintlagħab f’April 2025.
Dawn il-logħbiet huma kruċjali wkoll biex jgħinu lit-team ikompli jiżviluppa u jgħinhom jiksbu aktar esperjenza jilagħbu barra xtutna kontra avversarji diffiċli.
L-iskwadra ta’ 22 player hija:
Goalkeepers – Adam Newell (Pietà Hotspurs FC), Alexey Micallef (Floriana FC)
Difensuri – Emerson Mejlak (Valletta FC), Ben Gaerty (St Andrews FC), Dale Vella (St Andrews FC), Andreas Vella (Palermo FC, Italy), Keerin Formosa (Valletta FC), Liam James (Valletta FC), Sami Abo Assaf (Pietà Hotspurs FC), Kayden Zerafa (Pietà Hotspurs FC), Drew Miceli (Floriana FC), Gianluca Cauchi (St Andrews FC)
Midfielders – Jack Camilleri (St Andrews FC), Daniel Pawley (Melita FC), Scott Camilleri (Hamrun Spartans FC), Luca Baldacchino (Floriana FC), Matteas Caruana (Birkirkara FC), Zyas Vella Newell (Floriana FC)
Attakkanti – Jaylen Zarb (Pietà Hotspurs FC), Zayden Marmara (Floriana FC), Gunner Elliott (Chesterfield FC, England), Liam Buhagiar (Valletta FC)