Monday, November 4, 2024

UCL: AC Milan u Real Madrid fis-semi-finali

Aqra wkoll

Napoli v AC Milan …. 1-1

(Aggregate: Milan 2-1)

AC Milan kisbu l-passaġġ għas-semi-finali meta temmew il-konfront kontra Napoli fi Stadio Diego Maradona fi draw ta’ 1-1. Il-goal għar-Rossoneri wasal min Olivier Giroud (43).

Ta’ nota huwa l-fatt li l-istess skorer prolifiku Franċiż falla penalty fit-22 minuta, meta ra t-tentattiv tiegħu mill-11-il metru salvat bi bravura mill-goalkeeper ta’ Napoli, Alex Meret.

U dan mhux biżżejjed hekk fil-81 minuta, kien imiss lil Napoli li jfallu penalty meta din id-darba kien il-player minn Georgia, Khvicha Kvaratskhelia, li ra lill-goalkeeper ta’ AC Milan, Mike Maignan, isalva tajjeb.

Napoli ġabu l-iskor indaqs permezz tas-solitu Victor Osimhen (93), iżda xorta waħda dan ma kienx biżżejjed biex jisforza l-ħin barrani.

B’hekk, hekk kif Napoli jinsabu pass ‘il bogħod milli jirbħu s-Serie A, huma żgur li mhux se jkunu qed jaslu għat-tragward tad-double.

B’hekk, wara li fl-ewwel leg, ir-Rossoneri kienu kisbu rebħa bl-iskor ta’ 1-0, huma kisbu l-passaġġ mal-aħħar erbgħa bi skor aggregate ta’ 2-1.

Chelsea v Real Madrid … 0-2

(Aggregate: Real Madrid 4-0)

Real Marid barra minn darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 2-0, bl-eroj assolut għalhom ikun il-player Rodrygo (58, 80), hekk kif irreġistra doppjetta personali. Iktar qabel, Chelsea, kienu fallew żewġ okkażjonijiet kbar ta’ skor permezz ta’ N’Golo Kanté u Marc Cucurella.

B’hekk, wara li fl-ewwel leg kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, huma kisbu l-passaġġ għas-semi-finali bi sksor aggregate komdu ta’ 4-0.

Sport