Il-UEFA kkonfermat li l-coach ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte, se jkun sospiż għall-konfront kruċjali tal-UEFA Champions League, nhar it-Tlieta li ġej kontra Marseille.
It-Taljan tkeċċa mir-referee Danny Makkelie fl-aħħar mumenti tal-logħba fid-draw ta’ 1-1 kontra Sporting Lisbon għal protesti ħorox wara li ma ġiex konvalidat il-goal ta’ Harry Kane, fil-95 minuta, li bih Spurs kien jikkwalifikaw għall-Aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni.
Karta ħamra murija lil uffiċjal f’kompetizzjoni tal-UEFA tfisser sospensjoni awtomatika ta’ partita waħda, iżda Conte mhux se jkun sempliċement nieqes minn fuq il-bankina. Aktar minn hekk, huma mhux se jkun jista’ jagħmel kuntatt qabel u waqt il-logħba kemm mal-players kif ukoll mal-istaff tekinku, liema partita se tintlagħab fi Stade Velodrome.