Thursday, November 27, 2025

UCL: Arsenal jirbħu l-aqwa partita

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet il-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, Arsenal rebħu l-partita l-kbira meta għelbu lil Bayern Munich 3-1 filwaqt li Liverpool ġew umiljati għal darb’oħra, din id-darba minn PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 4-1.

Arsenal v Bayern M. – Arsenal ssuperaw lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ Jurrien Timber (22), Noni Madueke (69) u Gabriel Martinelli (76) filwaqt li Lennart Karl (32) kiseb id-draw momentarju għal Bayern.

Liverpool v PSV – Liverpool sfaw megħluba f’Anfield minn PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 4-1 bil-protagonisti jkunu Ivan Perisic (5 pen), Guus Til (56) u Couhaib Driouech (73, 91) filwaqt li  Dominik Szoboszlai (16) wieġeb għal Liverpool.

Olympiakos v Real Madrid – Barra minn darhom Real Madrid għelbu lil Olympiakos 4-3, bl-eroj ikun Kylian Mbappe (22, 24, 29, 60) li skorja l-erba’ goals filwaqt li   Chiquinho (8), Mehdi Taremi (52) u Ayoub El Kaabi (81) skorjaw għall-Griegi.

Atletico M. v Inter – Atletico Madrid għelbu lil  Inter 2-1. Julian Alvarez (12) u Jose Gimenez (93) skorjaw għall-Ispanjoli filwaqt li  Piotr Zielinski (54) wieġeb għal Inter.

Paris SG v Tottenham – Paris St-Germain għelbu lil Tottenham 5-3 bl-iskorers tagħhom ikunu Vitinha (45, 53, 76 pen), Fabian Ruiz (59) u Willian Pacho (65)  filwaqt li Richarlison (31), Randal Kolo Muani (50, 72) wieġbu għal Spurs.

Sporting v Club Brugge – Sporting rebħu lil Club Brugge bl-iskor ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Geovany Quenda (24),  Luis Suarez (31) u Francisco Trincao (70).

Eintracht F. v Atalanta – Barra minn darhom, Atalanta għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Ademola Lookman (60), Ederson (62) u Charles De Ketelaere (65).

Pafos v Monaco – Pafos u Monaco temmew fi draw ta’ 2-2.  Għal Monaco li dejjem kienu fil-vantaġġ skorjaw Takumi Minamino (5) u Folarin Balogun (26) filwaqt li David Luiz (18) u auto-goal ta’ Mohammed Salisu (88) għamlu l-iskor indaqs.

Copenhagen v Kairat – Copenhagen għelbu lil Kairat bl-iskor ta’ 3-2 permezz ta’ Viktor Dadason (26), Jordan Larsson (59 pen) u Robert (73) filwaqt li Dastan Satpaev (81) u Olzhas Baybek (92) skorjaw għat-team mill-Kazakhstan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport