Thursday, January 23, 2025

UCL: Arsenal u Inter viċin il-kwalifikazzjoni awtomatika

Aqra wkoll

Meta ġiet fi tmiemha s-seba’ ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Champions League, Arsenal u Inter għamlu pass kbir biex jingħaqdu ma’ Liverpool u Barcelona lejn kwalifikazzjoni awtomatika għall-Aħħar 16.

Sparta Prague v Inter – Inter telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Sparta Prague bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Lautaro Marti­nez (12).

Arsenal v Din. Zagreb – Arsenal għamlu pass  kbir lejn kwalifikazzjoni awtomatika meta f’darhom għelbu lil Dinamo Zagreb bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Declan Rice (2), Kai Havertz (66) u Martin Odegaard (91).  

Leipzig v Sporting – Leipzig  ospitaw lil Sporting Lisbon u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar sofrew it-tielet tel­fa konsekuttiva. 

Il-goals ta’ Leipzig waslu minn Benjamin Sesko (19) u Yussuf Poulsen (78) filwaqt li Viktor Gyokeres (75) kiseb id-draw momentarju għall-Portugiżi.  

Celtic v Young Boys – F’darhom, Celtic għelbu lil Young Boys bl-iskor ta’ 1-0 biex għamlu pass kbir lejn il-play-offs, bl-uniku goal jasal minn auto-goal ta’ Loris Benito (86) wara li Arne Engels (41) falla pe­nalty.

Feyenoord v Bayern M. – Feyenoord laqgħu lil Ba­yern Munich u ssorpredew­hom bl-iskor ta’ 3-0 biex dawn tal-aħħar issa jkol­lhom jikkuntentaw bil-play-offs. 

Il-goals waslu minn doppjetta ta’  Santiago Gime­nez (21, 45 pen) u minn Ayase Ueda (89). 

Milan v Girona – Milan għamlu pass biex itemmu mal-ewwel tmienja meta f’darhom għelbu lil Girona bl-iskor ta’ 1-0, bl-iskorer ikun Rafael Leao (37). 

Paris SG v Man City – Paris St-Germain irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex dawru telfa f’rebħa fuq Manchester City bl-iskor ta’ 4-2 biex is-City huma qrib l-eliminazzjoni. 

Jack Grealish (50) u Erling Haaland (53) skorjaw għat-team Ingliż iżda filwaqt li Ousmane Dembele (56) u Bradley Barcola (61), Joao Neves (78) u Goncalo Ramos (92) taw it-tliet punti lill-Pariġini. 

Real Madrid v Salzburg – Real Madrid kisbu r-raba’ rebħa meta b’mod mill-aktar faċli għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 5-1, b’goals minn Rodrygo (23, 34), Kylian Mbappe (48) u Vinicius Junior (55, 77) filwaqt li Mads Bidstrup (85) wieġeb għall-Awstrijaċi.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport