Meta ntlagħab l-ewwel programm tas-sitt ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Atletico Madrid saru t-12-il team li kkwalifika mal-Aħħar 16.
Grupp A: Dan il-grupp kien formalitá meta kienu diġá għaddew Manchester City u Paris St-Germain.
Il-Pariġini għelbu lil Brugge 4-1, b’goals minn Kylian Mbappe (2, 7) u Lionel Messi (38, 76 pen) filwaqt li Mats Rits (68) wieġeb għall-Belġjani.
Manchester City ġew megħluba minn Leipzig 2-1 biex dawn tal-aħħar spiċċaw fit-tielet post. Dominik Szoboszlai (24) u Andre Silva (71) skorjaw għal Leipzig filwaqt li Riyad Mahrez (76) naqqas il-marġni għas-Citizens li kellhom lil Kyle Walker (82) imkeċċi.
Grupp B: Milan ospitaw lil Liverpool u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li dawn tal-aħħar rebħu l-grupp b’punti massimi, ir-Rossoneri sfaw eliminati.
Kien Fikayo Tomori (29) li fetaħ l-iskor għal Milan iżda s-solitu Mohamed Salah (36) kiseb id-draw għar-Reds biex Divock Origi (55) xeħet fix-xibka bir-ras.
Atletico Madrid huma t-team l-ieħor li għadda għal mal-Aħħar 16 meta rebħu lil Porto 3-1.
Il-goals waslu minn Antoine Griezmann (55), Angel Correa (89) u Rodrigo De Paul (93) filwaqt li Sergio Oliveira (93 pen) wieġeb għal Porto. Iż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi – Yannick Carrasco (67) għal Atletico u Wendell (72) għal Porto.
Grupp C: Dan il-grupp kien diġá deċiż fejn intrebaħ minn Ajax b’punti massimi segwiti minn Sporting Lisbon filwaqt li Borussia Dortmund temmew fit-tielet post.
Ajax għelbu lil Sporting 4-2, bl-iskorers ikunu Sebastian Haller (8 pen), Antony Santos (42), David Neres (58) u Steven Berghuis (62) filwaqt li Nuno Santos (22) u Bruno Tabata (78) skorjaw għal Sporting.
Borussia rebħu lil Besiktas 5-0 b’goals ta’ Donyell Malen (29), Marco Reus (45 pen, 53) u Erling Haaland (68, 81).
Grupp D: Real Madrid rebħu dan il-grupp meta għelbu lil Inter 2-0 liema żewġ timijiet kienu diġá kkwalifikati. L-iskorers kienu Toni Kroos (17) u Marco Asensio (79). Inter kellhom lil Nicolo Barella (64) imkeċċi.
Shakhtar u Sheriff spiċċaw fi draw ta’ 1-1.