Sunday, December 29, 2024

UCL: Atletico u Benfica fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tielet programm tat-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Atletico Madrid u Benfica kkwa­lifikaw għall-kwarti-finali me­ta għelbu lil Manchester United u lil Ajax rispettivament. 

B’hekk huma ngħaqdu ma’ Bayern Munich, Li­verpool, Manchester City u Real Madrid … biex illum iridu jikkwalifikaw żewġ timijiet oħra biex il-kwadru jkun komplet. 

Man Utd v Atletico M.  – Barra minn darhom Atletico Madrid għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 2-1. 

Ir-Red Devils amministraw l-ewwel taqsima peró ma tantx kienu daqstant effettivi lejn il-lasti avversarji. Anzi kien il-goalkeeper David De Gea li evita goal ċert meta salva t-tentattiv perikoluż ta’ Rodrigo De Paul li deher dieħel fix-xib­ka.

Madankollu, fil-41 mi­nuta, l-Ispanjoli fetħu l-is­­kor meta Renan Lodi kkon­kluda bir-ras mill-cross ta’ Antoine Griezmann.

Fit-tieni taqsima, il-Uni­ted bdew jippressaw għal goal tad-draw u resqu viċin minn Jadon Sancho u Cristiano Ronaldo. Fuq in-naħa l-oħra, Joao Felix kien millimetri bogħod li jixħet fix-xibka iżda naqas li jolqot il-ballun. 

Ajax v Benfica  – Benfica marru għand Ajax u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2. 

Sa mis-suffara inizjali, Ajax ħarġu jfittxu l-goal u ddominaw għal bosta ħinijiet fejn għamlu minn kollox minbarra skorjaw. 

U ta’ dan in-nuqqas hu­ma pattew qares għax fl-uni­ku attakk denju Benfica skorjaw permezz ta’ Darwin Nunez (77).

Ekonomija

Sport