Sunday, November 24, 2024

UCL: Barcelona jumiljaw lil Bayern Munich

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, Barcelona rebħu l-aqwa partita meta umiljaw lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 4-1. 

Barcelona v Bayren M. – Barcelona kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss 58 sekondi huma fetħu l-iskor minn Raphinha. Iżda l-Bavarjani kisbu d-draw minn volley ta’ Harry Kane (18). Peró, il-Katalani skorjaw tliet goals oħra minn Ro­bert Lewandowski (36) u Raphinha (45, 56) biex irreġistra hat-trick personali. 

Leipzig v Liverpool – Liverpool kisbu t-tielet rebħa minn daqstant partit meta barra minn darhom għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Darwin Nunez. 

Atalanta v Celtic – Celtic kisbu l-ewwel punt f’din il-kompetizzjoni me­ta marru f’Bergamo u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra Atalanta li minkejja kienu territorjalment aħjar ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.   

Brest v Leverkusen – Brest u Bayer Leverkusen fallew l-ewwel żewġ punti meta temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Florian Wirtz (24) li feta l-iskor għall-Ġermaniżi iżda Pierre Lees- Melou (39) kiseb id-draw għall-Franċiżi. 

Atletico M. v Lille – Wara li għelbu lil Real Madrid, ilbieraħ Lille għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 3-1 grazzi għal goals ta’ Edon Zhegrova (61) u Jona­than David (77 pen, 89) wara li Julian Alvarez (8) fetaħ l-iskor għal Atletico.  

 Benfica v Feyenoord – Feyenoord marru l-Portugall u għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ Ayase Ueda (12) u Antoni Milambo (33, 92) filwaqt li Muhammed Kerem Akturkoglu (66) wieġeb għat-team ospitu.   

Salzburg v Dinamo Zag­­­reb – Salzburg sofrew it-tielet telfa minn daqstant partiti meta din id-darba sfaw megħluba minn Dinamo Zagreb bl-iskor ta’ 2-0, b’goasl minn Sandro Kulenovic (49) u Bruno Petkovi (80). Salzburg kellhom lil Alexander Schlager (66) imkeċċi. 

Man City v Sparta Prague – Manchester City ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Sparta Pra­gue bl-iskor ta’ 5-0, bl-iskor­ers ikunu Phil Foden (3)  biex Erling Haaland (58, 68), John Stones (65) u Matheus Nunes (89).

Young Boys v Inter – Goal fil-ħin miżjud ta’ Marcus Thuram ta rebħa lil Inter ta’ 1-0 fuq Young Boys. 

Huma fallew ċans tad- deheb li jiftħu l-iskor meta fit-tielet minuta tat-tieni taqsima, Marko Arnautovic falla penalty meta ra lill-goalkeeper avversarju, David von Ballmoos, jilqa’ t-tentattiv tiegħu.  

Sport