Meta ntlagħab l-ewwel programm tat-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Bayern Munich rebħa l-aqwa partita tal-ġurnata meta għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-0.
Grupp A – Liverpool laqgħu lil Ajax u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fi tmiem drammatiku.
Kien Mohamed Salah (17) li fetaħ l-iskor għal Liverpool li kien l-ewwel wieħed tiegħu minn Frar li għadda f’din il-kompetizzjoni meta kien skorja kontra Inter.
Iżda Ajax għamlu l-iskor indaqas minn Mohammed Kudus (33).
Peró fit-89 minuta Joel Matip kiseb ir-rebħa għar-Reds minn daqqa ta’ ras.
Il-partita bejn Rangers u Napoli ġiet posposta għal nhar l-Erbgħa minħabba nuqqas ta’ personell tas-sigurtá minħabba l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II.
Grupp B – Club Brugge rreġistraw is-sorpriża tal- ġurnata meta barra minn darhom għelbu lil Porto bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Ferran Jutgla (15 pen), Kamal Sowah (47), Andreas Olsen (52) u Antonio Nusa (89).
Bayer Leverkusen għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Robert Andrich (84) u Moussa Diaby (87).
Grupp C – Wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Bayern Munich, Inter marru r-Rumanija u għelbu lil Viktoria Plzen bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Edin Dzeko (20) u Denzel Dumfries (70). Plzen kellhom lil Pavel Bucha (61) imkeċċi.
Fil-partita tant mistennija, Bayern Munich għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-0.
L-attenzjoni kienet fuq Robert Lewandowski li kien qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fl-Allianz Arena bil-flokk ta’ Barcelona u proprju fl-ewwel taqsima l-aħjar żewġ ċansijiet waslu għandu iżda fallihom.
Peró żewġ goals minn Lucas Hernandez (50) u Leroy Sane (54) taw ir-rebħa lil Bayern.
Il-Katalani resqu viċin iżda Pedri ġie mċaħħad mil- lasta.
Grupp D – Tottenham marru l-Portugall u sfaw megħluba minn Sporting Lisbon bl-iskor ta’ 2-0.
Hekk kif il-partita dehret li kienet se tintemm fi draw, Sporting darbtejn fil-ħin miżjud minn Arthur Gomes (91) u Paulinho (93).
Marseille ospitaw lil Eintracht Frankfurt u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn Jesper Lindstrom (43).