Thursday, December 19, 2024

UCL: Bayern Munich jeliminaw lil Paris St-Germain

Aqra wkoll

Bayern Munich ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali taċ-Champions League meta għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 2-0 għal aggregate ta’ 3-0. 

Kien Eric Maxim Choupo-Moting li fetaħ l-iskor wara s-siegħa logħob ħ kontra l-eks klabb tiegħu, bis-sostitut Serge Gnabry jissiġilla r-rebħa tard fil-partita. 

PSG issa ġew eliminati mill-kompetizzjoni f’dan l-istadju f’ħamsa mis-seba’ kampanji preċedenti tagħhom u dan irrappreżenta falliment ieħor diżastruż għal-leaders tal-Ligue 1 bil-coach ewlieni tagħho, Christophe Galtier, taħt pressjoni li jista’ jitlef postu. 

Minkejja li huma komposti minn għadd ta’ stilel straordinarji, il-Pariġini mhux biss naqsu milli jiskorjaw fuq żewġ legs iżda ġew salvati mill-umiljazzjoni ta’ telfa akbar b’deċiżjonijiet tal-VAR b’żewġ goals oħra minn  Choupo-Moting u Sadio Mane. 

Ekonomija

Sport