Friday, December 13, 2024

UCL: Chelsea f’vantaġġ komdu filwaqt li kollox miftuħ bejn Juventus u Villarreal

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab it-tieni programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Chelsea għandhom vantaġġ ta’ 2-0 fuq Lille filwaqt li Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Villarreal. 

Chelsea v Lille – Chelsea għandhom vantaġġ komdu meta f’darhom għelbu lil Lille bl-iskor ta’ 2-0. 

Wara seba’ minuti logħob huma fetħu l-iskor meta Kai Havertz patta għaċ-ċans li falla wara tliet minuti minn taħt il-lasti. Din id-darba huwa huwa kkonkluda bir-ras wara li tħalla żmarkat għal kollox mill-corner ta’ Hakim Ziyech. 

Peró jekk il-Pensioners taw l-indikazzjoni li kien se jiddominaw dan il-konfront, b’mod gradwali  hu­ma għad­dew l-inizjattiva lill-avversarji iżda minkejja li gawdew mill-pussess tal-ballun qatt ma mpenjaw serjament lill-goalkeeper Edouard Mendy.

Madankollu fit-63 minuta, Chelsea rdup­pjaw minn Christian Pulisic wara li rċieva l-ballun minn N’Golo Kante wara az­zjoni personali. 

Villarreal v Juventus – Minkejja li Juventus sfaw miżuma fi draw ta’ 1-1 xorta jibqgħu favoriti li jgħaddu għar-round li jmiss meta issa jilagħbu f’darhom.

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta wara biss 3s sekonda fetħu l-iskor permezz tad-debuttant Serb, Dusan Vlahovic, meta kkontrolla b’sidru mill-cross ta’ Danilo u dar mill-ewwel biex xeħet fix-xibka.  

Ir-reazzjoni tal-Villarreal waslet fit-13-il minuta meta Giovani Lo Celso għeleb għal kollox lill-goalkeeper iżda ġie mċaħħad mill-wieqfa. 

Villarreal ippruvaw jippressaw biex jiksbu l-goal tad-draw iżda Juventus ikkontrollaw kull sitwaz­zjoni biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ. 

Juventus kellhom bidu qawwi tat-tieni taqsima u setgħu faċlment għalqu l-partita meta fallew żewġ ċansijiet faċli minn Alvaro Morata u Vlahovic. 

Ta’ dan in-nuqqas pattew qares minħabba li, fis-66 minuta, l-Ispanjoli kisbu d-draw minn Daniel Pajero li kkonkluda mill-pass ta’ Etienne Capoue.

Ekonomija

Sport