Sunday, December 22, 2024

UCL: Chelsea jikkonvinċu u jegħlbu lil AC Milan fi Stamford Bridge

Aqra wkoll

Grupp E

Minn Grupp E, Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil AC Mlan blsksor ta’ 3-0, bil-goals għalihom jaslu minn Wesley Fofana (24), Pierre-Emerick Aubameyang (56) u Reece James (62).

Mill-istess grupp, Salzburg kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Dinamo Zagreb, bil-goal uniku għalihom jasal minn Noah Okafor minn penalty (71).

Grupp F 

Minn Grupp F, RB Leipzig ġewwa darhom kisbu rebha ta’ 3-1 kontra Celtci bl-iskorers għalihom ikunu Christopher Nkunku (27) u Andre Silva li rreġistra doppjetta personali (64, 77). Dan sabiex l-uniku goal għall-Iskoċċiżi ta’ Celtic wasal minn Jota (47).

Mill-istess grupp, Real Madrid għelbu lil Shakthar Donetsk bl-iskor strett ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn Rodrygo (13) u Vinicius Junior (28). Oleksandr Zubkov (39) wieġeb għal Shakhtar Donetsk.

Grupp G

Minn Grupp G, Manchester City umiljaw lil FC Copenhagen meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-0, bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Erling Braut Haaland (7, 32), auto-goal tal-player ta’ Copenhagen, Davit Khocolava (39), Riyad Mahrez (55) u Julian Alvares (76).

Mill-istess grupp, Dortmund barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra l-Ispanjoli ta’ Seville. Il-goals għalihom waslu minn Raphael Guerreiro (6), Jude Bellingham (41), Karim Adeyemi (43) u Julian Brandt (75). Youssef En Nesri (51) skorja l-uniku goal għal Seville.

Grupp H

Minn Grupp H, Juventus għelbu lil Maccabi Haifa bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Adrien Rabiot li rreġistra doppjetta personali (35, 83) u Dusan Vlahovic (50). Dean David (75) skorja l-goal waħdani għal Maccabi.

Dan  abiex mill-istess grupp, Benfica u Paris SG temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, bil-goal għall-Portugiżi jasal minn auto-goal tal-player ta’ PSG, Danilo (41), waqt li kien il-fenomemu Arġentin Lionel Messi li fetaħ l-iskor għall-Pariġini (22).

Ekonomija

Sport