Meta ntlagħab l-ewwel programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, l-attenzjoni kienet fuq Stamford Bridge fejn Chelsea umiljaw lil Barcelona bl-iskor ta’ 3-0.
Chelsea v Barcelona – Fl-aqwa partita tal-ġurnata, Chelsea għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 3-0 li kellhom lil Ronald Araujo (45) mkeċċi għal żewġ karti sofor. Il-goals tal-Pensioners waslu minn Jules Kounde (27), Estevao (55) u Liam Delap (73).
Ajax v Benfica – Ajax laqgħu lil Benfica u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 biex baqgħu ankrati f’qiegħ il-klassifika mingħajr l-ebda punt. Il-goals tal-Portugiżi waslu minn Samuel Dahl (6) u Leandro Barreiro (92).
Galatasaray v St Gilloise – Barra minn darhom, St Gilloise ssorprendew lil Galatasaray bl-iskor ta’ 1-0 li kellhom lil Arda Unyay (89) imkeċċi. L-iskorer tal-Belġjani kien Emmanuel Promise (57).
Man City v Leverkusen – Manchester City sofrew l-ewwel telfa meta laqgħu lil Bayer Leverkusen u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Alejandro Grimaldo (23) u Patrik Schick (54).
Marseille v Newcastle – Marseille dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Newcastle 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’Pierre Emerick Aubameyang (46, 50) wara li Harvey Barnes (6) fetaħ l-iskor għall-Magpies.
Napoli v Qarabag – Napoli ssuperaw lil Qarabag bl-iskor ta’ 2-0, b’goals minn Scott McTominay (65) u Samy Mmaee (72 og).
Borussia D. v Villarreal – Borussia Dortmund kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Villarreal, b’goals minn Serhou Guirassy (45, 54), Karim Adeyemi (59) u Daniel Svensson (95).
Bodo-Glimt v Juventus – Juventus marru n-Norveġja biex jilagħbu kontra Bodo-Glimt u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2. Kien Ole Blomberg (27) li fetaħ l-iskor għal Bodo iżda Lois Openda (48) u Weston McKennie (59) taw il-vantaġġ lil Juve. U filwaqt li Sondre Fet (87) kiseb id-draw għan-Norveġiżi minn penalty, il-Bianconeri kellhom l-aħħar daħka meta kisbu l-goal tar-rebħa minn Jonathan David (92).
Slavia Prague v Athletic Bilbao – Din il-partita kienet l-unika waħda li spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals.

