Sunday, October 27, 2024

UCL: Chelsea u Benfica fil-kwarti tal-finali

Aqra wkoll

Chelsea u Benfica saru l-ewwel żewġ timijiet li kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-UEA Champions League meta għelbu lil Borussia Dortmund u lil Club Brugge rispettivament.

Chelsea v Borussia Dortmund

Wara telfa ta’ 1-0 f’Dortmund, Chelsea, ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali, bi skor aggregate ta’ 2-1. Il-goals għalihom waslu wieħed f’kull taqsima minn Raheem Sterling (43) u minn penalty ta’ Kai Havertz (53).

Benfica v Club Brugge

Benfica rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Belġjani ta’ Club Brugge, meta għelbhom bi skor kbir ta’ 5-1, bl-iskorers għalihom ikunu Rafa Silva (38), Goncalo Ramos (47, 57), Joao Mario (71) minn penalty u David Neres (77). Club Brigge naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Bjorn Meijer (87). B’hekk, il-ġganti Portuiżi kisbu post fil-kwarti tal-finali bi skor aggregate ta’ 7-1, wara li kienu rebħu l-ewwel leg barra minn darhom fi Brugge bi skor ta’ 2-0.

Sport