Meta ntlagħab l-ewwel programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, iż-żewġ timijiet Ingliżi ta’ Chelsea u Manchester United ingħaqdu ma’ Ajax, Bayern Munich, Juventus u Liverpool, mal-Aħħar 16.
Grupp E
Dinamo K. v Bayern M. – Bayern Munich baqgħu b’punti massimi meta barra minn darhom għelbu lil Dinamo Kiev b’goals minn Robert Lewandowski (14) u Kingsley Coman (42) filwaqt li Denys Garmash (70) wieġeb għall-Ukreni.
Barcelona v Benfica – Barcelona temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Benfica biex fl-aħħar partita jridu jmorru jilagħbu għand Bayern.
Grupp F
Villarreal v Man Utd – Manchester United għaddew għar-round li jmiss meta barra minn darhom għelbu lil Villarreal 2-0 permezz ta’ Cristiano Ronaldo (78) u Jadon Sancho (91).
Young B. v Atalanta – Atalanta ħadu skoss qawwi meta sfaw miżmuma 3-3 minn Young Boys.
Il-goals tagħhom waslu minn Duvan Zapata (10), Jose Palomino (51) u Luis Muriel (88) filwaqt li Theoson Siebatcheu (39), Vincent Sierro (80) u Silvan Hefti (84) skorjaw għall-Isvizzeri.
Grupp G
Lille v Salzburg – Lille laqgħu lil Salzburg u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fl-ewwel post tal- klassifika. L-uniku goal tal-partita wasal minn Jonathan David (31).
Sevilla v Wolfsburg – Sevilla ospitaw lil Wolfsburg u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 b’goals minn Joan Jordan (12) u Rafa Mir (92).
Grupp H
Chelsea v Juventus – Chelsea għaddew u telgħu fl-ewwel pożizzjoni b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq Juventus.
Il-goals waslu minn Trevoh Chalobah (25), Reece James (56), Callum Hudson-Odoi (58) u Timo Werner (92).
Malmo v Zenit SP – Malmo u Zenit St Petersburg temmew fi draw ta’ 1-1. Soren Rieks (28) skorja għal Malmo iżda Yaroslav Rakitskiy (91 pen) kiseb id-draw għal Zenit li għalihom Artem Dzyuba (53) falla penalty wkoll.