Saturday, November 16, 2024

UCL: Draw prestiġjuż għal Birkirkara fis-Slovenja

Aqra wkoll

NK Maribor ……1

Birkirkara ……..1

Birkirkara barra minn pajjiżhom fis-Slovenja kisbu draw prestiġjuż ta’ 1-1 kontra NK Maribor. B’hekk, kollox għadu miftuħ rigward kwalifikazzjoni għat-tieni leg, hekk kif matul il-ġimgħa d-dieħla, iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu din id-darba f’pajjiżna fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Kienet partita kemmxejn nervuża fejn ġew murija xejn inqas minn 11-il karta safra mir-referee Slovakk, Adam Jekkel.

L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata, biż-żewġ timijiet jipproduċu logħob sabiħ.

Iżda kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fil-31 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ mid-distanza ta’ PAUL MBONG, biex irriżulta goal tal-istampi, b’dan ikun l-ewwl goal tiegħu f’kompetizzjoni Ewropea.

Maribor wettqu reazzjoni tajba u tliet minuti biss wara, kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta Martin Milec approfitta minn back-pass erratiku ta’ Paul Mbong, qabeż lil-goalkeeper tal-Istripes, Marcel Zapytowski, iżda kellu l-konklużjoni tiegħu taħbat max-xibka minn barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Maribor, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs.

U fl-64 minuta huma rebħu penalty ferm dubjuż meta Paul Mbong deher iwaqqa’ lil Martin Milec fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu, IVAN BRNIC, li ma żbaljax, b’Marcel Zapytowski jmiss il-ballun iżda ma rnexxilux iċaħħad milli dan jintemm fix-xibka.

Il-partita kompliet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota.

NK Maribor: 1-Azbe Jug, 2-El Arbi Hillel Soudani (24-Marko Kolar 44), 7-Ivan Brnic, 14-Itsuki Urata, 15-Jan Repas (11-Xhuliano Skuka 90), 16-Aljaz Antolin (55-Marcel Lorber 46), 17-Arnel Jakupovic (8-Marko Bozic 71), 20-Max Watson, 22-Martin Milec, 23-Luka Uskokovic, 30-Marin Lausic

Birkirkara: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (20-Weverton 87), 24-Enmy Pena Beltre, 25-Neil Micallef (3-Babacar Tounkara 69), 27-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo, 77-Denis Ribeiro (11-Kurt Zammit 41), 99-Andrei Ciolacu (7-Italo Montano 69)                

Referee: Mohammed Al-emara  (Finlandja)

Assitenti: Jan-Peter Aravirta, Turkka Joonas Valjakka (Finlandja)

Raba’ Uff: Peiman Simani (Finlandja)

Skorers: P. Mbong 31 (B); I. Brnic 66 pen (M)

Ammoniti: E. Soudani, J. Repas, M. Lausic, X. Shkuka (M); E. Pepe, N. Micallef, I. Montano, K. Zammit, E. Pena Beltre (B)

Ekonomija

Sport