Friday, November 15, 2024

UCL: Familjari tal-players ta’ West Ham attakkati minn partitarji ta’ Alkmaar

Aqra wkoll

Il-konfront tal-UEFA Europa Conference League bejn AZ Alkmaar u West Ham intemm f’kaos kbir mat-tisfira finali. 

Il-partitarji Olandiżi rreaġixxew b’mod rabjuż għar-rebħa ta’ 1-0 tal-Hammers biex it-team immexxi mill-coach, David Moyes, ikkwalifika għall-finali b’aggregate ta’ 3-1.

Il-goal ta’ Pablo Fornals fl-94 minuta ssiġilla r-rebħa bil-konsegwenza li sezzjoni ta’ partitarji ta’ AZ Alkmaar attakkaw sezzjoni tal-ground fejn kien hemm il-familjari u l-ħbieb tal-players tal Hammers. 

Diversi players tal-West Ham, inkluż id-direttur sportiv Mark Noble, ġrew lejn din is-sezzjoni biex jipproteġu lill-familjari tagħhom kontra dawn id-delikwenti li saħansitra kienu lebsin il-balaclavas. 

Lucas Paqueta, Aaron Cresswell, u Flynn Downes kienu kollha involuti fil-kaos u ġew miżmuma mill-uffiċjali tas-sigurtá u mill-istewards.

Min-naħa tiegħu, Noble pprova għalxejn irażżan lil Michail Antonio, li mar biex jiddefendi lill-partitarji u lill-familji.

Membri tal-istaff tekniku dehru jirrabjaw mal-uffiċjali tas-sigurtá li naqqsu li jintervjenu fil-ħin. 

Filwaqt li l-captain, Declan Rice u Jarrod Bowen, dehru wkoll jikkonfrontaw membri tal-folla, b’tal-ewwel jidher jitfa’ oġġett fid-direzzjoni tagħhom.

Ekonomija

Sport