Meta ntlagħab l-ewwel programm tas-sitt u l-aħħar ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, ikkwalifikaw żewġ timijiet oħra għall-Aħħar … fejn jonqos biss tnejn li għandhom jiġu deċiżi proprju llum.
Iż-żewġ timijiet li għaddew ilbieraħ huma FC Copenhagen u Napoli.
Grupp A
Man Utd v Bayern M. – F’darhom, Manchester United tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra r-rebbieħa tal-grupp, Bayern Munich, biex sfaw eliminati.
L-uniku goal tal-partita wasal minn Kingsley Coman (71).
Copenhagen v Galatasaray – F’partita diretta, FC Copenhagen għelbu lil Galatasaray bl-iskor ta’ 1-0 biex kitbu l-istorja hekk kif għaddew mal-Aħħar 16 filwaqt li t-Torok se jilagħbu fil-UEFA Europa League.
Il-goal importanti wasal minn Lukas Lerager (58).
Grupp B
PSV v Arsenal – Dan il-konfront kien wieħed ta’ formalitá hekk kif iż-żewġ timijiet kienu diġá qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-Aħħar 16 … fejn spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Arsenal, li rebħu l-grupp, fetħu l-iskor permezz ta’ Edward Nketiah (42) iżda Yorbe Vertessen (50) kiseb id-draw għal PSV Eindhoven.
Lens v Sevilla – Lens ospitaw lil Sevilla u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li huma kkwalifikaw għall-UEFA Europa League, l-Ispanjoli sfaw eliminati.
Il-goals tal-Franċiżi waslu minn Przemyslaw Frankowski (63 pen) u Angelo Fulgini (92) waqt li Sergio Ramos (79 pen) kiseb id-draw momentarju għal Sevilla.
Grupp C
Napoli v Braga – Napoli komplew javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta f’darhom rebħu l-konfront dirett kontra Braga bl-iskor ta’ 2-0.
Fil-veritá kienet diffiċli għal dawn tal-aħħar minħabba li riedu jirbħu b’differenza ta’ żewġ goals biex issa ġew relegati għall- UEFA Europa League.
Il-goals tal-Partenopei waslu minn auto-goal ta’ Serdar Saatci (9) u Victor Osimhen (33).
Un. Berlin v Real Madrid – Ir-rebbieħa tal-grupp b’punti massimi, Real Madrid, għelbu lil Union Berlin 3-2, li ġew eliminati.
Kevin Volland (45) u Alex Kral (85) skorjaw għall-Ġermaniż filwaqt li Joselu (61, 72) u Dani Ceballos (89) skorjaw għall-Madrileni.
Luka Modric (45+2) falla penalty għall-Madrileni.
Grupp D
Inter v Sociedad – Inter u Real Sociedad spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex l-Ispanjoli rebħu l-grupp filwaqt li n-Nerazzuri spiċċaw fit-tieni pożizzjoni.
Salzburg v Benfica – Benfica temmew fit-tielet post b’rebħa ta’ 3-1 fuq Salzburg li sfaw eliminati.
L-iskorers kinu Angel Di Maria (32), Rafa Silva (45) u Arthur Cabral (93) filwaqt li Luka Sucic (57) wieġeb għall-Awstrijaċi.