Grupp A
Minn Grupp A, Napoli barra minn darhom uniljaw lil Ajax meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Giacomo Raspadori (18), (47), Giovanni Di Lorenzo (33), Piotr Zielinski (45), Khvicha Kvaratskhelia (63) u Giovanni Simeone (81). Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għal Ajax wasal minn Mohammed Kudus (9).
Mill-istess grupp, Liverpool, ġewwa darhom f’Anfield għelbu lil Rangers bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers għalihom ikunu Trent Alexander Arnold (7) u Mohamed Salah (53) minn penalty.
Grupp B
Minn Grupp B, Club Brugge, ġewwa darhom għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu minn K.amal Sowah (38) u Ferran Jutgla (62).
Mill-istess grupp, Porto ġewwa darhom għelbu lil Byer Leverkusen bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu minn Zaidu (69) u Galeno (87).
Grupp C
Minn Grupp C, Bayern Munich għelbu lil Plzen bl-iskor kbir ta’ 5-0, bil-goals għalihom jaslu minn Leroy Sane (7, 50), Serge Gnabry (13), Sadio Mane (21) u Eric Maxim Choupo Moting (59).
Intant, f’partita oħra mill-istess grupp, Inter ġewwa darhom f’San Siro għelbu lil Barcelona bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Hakan Calhanoglu (47).
Grupp D
F’partita minn Grupp D, Marseille, ġewwa darhom kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Sporting CP, bl-iskorers għalihom ikunu Alexis-Alejandro Sanchez (13), Amine Harit (16), Leonardo Balerd (28) u Chancel Mbemba (84). Dan filwaqt li l-uniku goal għal Sporting CP wasal minn Trincao (1).
Mill-istess grupp, Eintracht Frankfirt u Tottenham Hotspur temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ mingħjar goals.