Gzira United ……2
Dudelange ……….0
Gzira United kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Dudelange biex issa għandhom ċans tajjeb li jikkwalifikaw għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Coneference League meta ż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu il-ġimgħa d-dieħla, din id-darba fil-Lussemburgu.
Gzira kellhom wirja ferm pożittiva speċjalment fit-tieni taqsima fejn żgur li rnexxa l-pjan tattiku tagħhom u kienu organizzati f’kull dipartiment. Min-naħa l-oħra Dudelange naqsu milli jimpressjoanw u wieħed stenna iktar mingħandhom.
Dan hekk kif huma dehru team ferm statiku, b’ħafna mill-players jibqgħu iżommu l-istess pożizzjonijiet u jonqsu milli jkunu avventurużi.
Gzira kellhom lill-coach Darren Abdilla sospiż wara li tkeċċa lejn l-aħħar tal-partita preċedenti kontra Glentoran. L-assistent Andrew Cohen assuma r-responsabbiltá tat-team fin-nuqqas tiegħu.
Fl-ewewl taqsima Dudelange gawdew iktar mill- pussess tal-ballun. Kienet taqsima li ftit li xejn ħolqot emozzjonijiet bl-ewwel u l-unika azzjoni denja ta’ nota tasal proprju fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Yahcuroo Roemer kellu d-daqqa ta’ ras tintemm mal-wieqfa bi Gzira jeħilsuha ħafif.
Iżda fit-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi u meritatment fetħu l-iskor fid-49 minuta meta Lucas Macula minn pożizzjoni ferm ideali tefa’ l-ballun fix-xibka u lill-partitarji tal-Maroons f’dellirju ta’ ferħ.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Dudelange, sitt minuti biss wara huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Yahcuroo Roemer wara li rċieva żewġ karti sofor.
Għalkemm bi player inqas Dudelange bdew jipproduċu logħob sabiħ u fis-70 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Bojic ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ Gzira, David Cassar, biex mir-rebound Hagi reġa’ ra lil Cassar idawwar tajjeb f’corner.
Madankollu, fid-79 minuta, il-Maroons irduppjaw permezz ta’ goal tal-istampi ta’ ZACK SCERRI meta wara li rċieva minn cross ta’ Thiago Espindola, venven xutt angolat minn ġol-kaxxa, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
GZIRA U.: 1-David Cassar, 3-Marcelo Dias, 20-Farid Romero Zuniga, 93-Thaigo espindola, 2-Carlos Chaba, 4-Andy Borg, 47-Brooklyn Borg, 8-Zack Scerri, 11-Macula, 98-Jackson Mendoza, Jose Wilkson Teixeira (21-Ryan Essaka 78) – Coach: Andrew Cohen
DUDELANGE: 16-Didier Desprez, 3-Kino Dlonge, 5-Jules Souleymane Diouf, 67-Voncent Decker, 27-Jean Sylvio Quassiero (8-Filip Bojic 69), 10-Edlis Agovic (17-Yannick Schaus 82), 6-Bruno Freire, 18-Dylan Kuete, 7-Yahcuroo Roemer, 9-Oege Sliete van Lingen, 23-Samir Hadji (11-Herman Moussaki 82) – Coach: Carlos Fangueiro
REFEREE: Tomas Klima (Rep. Ċeka)
ASS. REFEREES: Matej Vlcek, Lukas Slavicek (Rep. Ċeka)
RABA’ UFF: Jan Vsetecka (Rep Ċeka)
SKORERS: L. Macula 49, Z. Scerri 79 (GU)
AMMONITI: Y. Roemer (2), L. Macula, J. Mendoza (GU)
TKEĊĊA: Y. Roemer 55 (D)