Tuesday, December 24, 2024

UCL: Hamrun Spartans eliminati

Aqra wkoll

NK Domzale ………….2

Hamrun Spartans ….1

(Agg: NK Domzale 6-1)

Hamrun Spartans sfaw eliminati mill-UEFA Champions League meta fit-tieni leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni huma sfaw megħluba minn Maccabi Haifa bl-iskor ta’ 2-1 għal aggregate ta’ 6-1.

B’hekk l-Ispartans ġew relegati għall-kompetizzjoni tal-UEFA Conference League biex issa jilagħbu kontra t-tellief bejn Astana (Kazakhstan) u Dinamo Tbilisi (Georgia). 

L-ewwel 20 minuta kienu kkaratterizzati minn ħafna logħob f’nofs il-ground. Dan sa minuta biss wara meta free­kick insidjuż ta’ Yuliyan Nenev ġie mdawwar f’corner b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Maccabi, Itamar Nitzan.

Madankollu, fit-32 minuta, l-Ispartans fetħu l-iskor permezz ta’ Joseph Mbong li approfitta minn back pass ta’ Mahmoud Jaber u xeħet il-ballun fix-xibka minkejja li l-players Iżraeliti waqfu għal offside.

Tliet minuti wara, Maccabi appellaw għal penalty meta Emerson Marcelina deher imiss minn wara lil Lior Refaelov li deher li seta’ jikkonkludi. Iżda fil-veritá, il-player Ħamruniż deher jinnewtralizza fil-ħin lil dan il-player avversarju mingħajr ma għamel l-ebda kuntatt miegħu.

L-ewwel taqsima għalqet b’xutt imdawwar ta’ Dia Saba minn tarf il-kaxxa li għadda ma’ sieq il-lasti, bil-goalkeeper Federico Marchetti jimmarka d-direzzjoni tal-ballun.

It-tieni taqsima fetħet b’Maccabi jersqu viċin li jiksbu d-draw meta Saba dar mal-goalkeeper Marchetti u bl-għajta tal-goal, il-konklużjoni tiegħu ġiet salvata minn fuq il-linja fatali minn Ognejn Bjelicic biex evita goal ċert. 

Mal-ħin, l-Iżraeliti bdew jibnu pressjoni iżda quddiemhom sabu difiża dixxiplinata li bdiet tantiċipa dak kollu miftugħ lejha.

Fis-66 minuta, Maccabi ngħataw penalty liema deċiżjoni ġiet revokata minħabba x-xutt ta’ Tjaronn Chery ħabat mal-koxxa ta’ Duranovic u mhux ma’ idu.

Mandakollu, tliet minuti wara, l-Iżraeliti kisbu d-draw meta Saba għadda lejn Haziza li żmarka lil Erik Shuranov li bil-kumditá kollha xeħet ġewwa.

U fit-84 minuta, huma skorjaw il-goal tar-rebħa b’goal simili meta Haziza din id-darba ġab waħdu lil Frantzdy Pierrot li ddepożita l-ballun fix-xibka.

Macccabi H.: 16-Nitzan Itamar, 11-Lior Refaelov (10-Tjaronn Chery 61), 15-Ori Dahan, 18-Goni Naor (4-Ali Mohamed 46), 19-Erik Shura­nov (9-Frantzdy Pierrot 74), 23-Maor Kandil (8-Dolev Haziza 60), 26-Mahmoud Jaber, 27-Pierre Cornud, 28-Ilay Hajaj (2-Daniel Sundgren 46), 30-Adoulaye Sack, 91-Dia Saba – Coach: Messay Dego

Hamrun S.: 22- Federico Marchetti, 4-Steve Borg (69-Karlo Bilic 89), 10-Joseph Mbong (28-Juan Corbolan 78), 12-Roko Prisa, 14-Elionay Freitas da Silva (30-Seth Painstil 64), 17-Yuliyan Nenov (25-Eder 46), 23-Uros Duranovic, 27-Ognejn Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (42-Nemanja Krstic 78) – Coach: Luciano Zauri

Referee: Igor Pajac (Kroazja)

Assitenti: Hrvoje Radic, Kristijan Novosel (Kroazja)

Raba’ Uff: Ante Culina (Kroazja)

Skorers: J. Mbong 32 (HS); E. Shuranov 69, F. Pierrot 84 (MH)

Ammoniti: R. Prsa, F. Marchetti (HS); E. Shuranov (MH)

Ekonomija

Sport