Friday, December 19, 2025

UCL: Hamrun Spartans itemmu l-avventura b’telfa kontra Shamrock Rovers

Aqra wkoll

Shamrock Rovers ……3

Hamrun Spartans ……1

Hamrun Spartans sellmu lill-UEFA Conference League meta fl-aħħar partita tal-Fażi tal-Kampjonat sfaw megħluba minn Shamrock Rovers bl-iskor ta’ 3-1.

L-Irlandiżi mill-ewwel fet­ħu tajjeb u fit-tieni minuta, kien Rory Gaffney li kellu xutt fil-baxx jiġi salvat mill- goalkeeper, Henry Bonello.

Hamrun Spartans wettqu reazzjoni mmedjata u fit-tmien minuta, Rafael Compri għadda tajjeb lejn N’Dri Koffi li kellu x-xutt tiegħu mxellef għall-corner f’azzjoni li kienet se tkun ferm pe­rikoluża.

Mal-kwarta logħob,  ir- Rovers ingħataw penalty meta x-xutt ta’ Dylan Watts ħabat ma’ id  id-difensur, Vincenzo Polito, bir-referee jippunta lejn il-11-il metru biex Graham Burke xeħet lil Bonello fuq in-naħa l-ħażina 

Fl-20 minuta, il-Ħamruniżi għamlu l-iskor indaqs meta wara cross mil-lemin, inħolqot taħwida fil-kaxxa tat-team Irlandiż u wara sensiela ta’ xuttijiet, kien N’Dri Koffi li mill-viċin għamilhom 1-1.

Fis-26 minuta, kien hemm żvolta fil-partita meta tkeċċa Joseph Mbong wara li r-refe­ree, Marek Radina, iġġudika li kien hemm intenzjoni ta’ foul fuq Ozianvuna ta’ Shamrock Rovers.

Fit-42 minuta, Mohamed El Fanis ħasad għal kollox lil Henry Bonello li l-pass lura tiegħu kellu jiġi milqugħ b’idu sabiex ingħata free-kick dirett li b’xorti tajba ma kellu l-ebda eżitu.

Minkejja kollox, fil-ħin mogħti żejjed mir-referee, Shamrock Rovers marru fil-vantaġġ meta wara cross mix-xellug, kien Daniel Grant li mill-viċin xeħet ġewwa.

Fit-tieni taqsima, Shamrock Rovers ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta, laqtu l-lasta wara xutt ta’ Rory Gaffney bl-istess player ifalli ċans tad-deheb erba’ minuti wara meta minn quddiem il-lasti ma laqatx tajjeb.

L-istess Gaffney kien qed ikollu t-tieni taqsima ferm pożittiva meta beda joħloq ċans wara l-ieħor kif ġara fid-69 minuta, bix-xutt tiegħu li sab lil Bonello attent hekk kif dawwar f’corner.

Shamrock baqgħu konsis­tenti u fit-83 minuta kien John McGovern li kellu x-xutt tiegħu milqugħ minn Bonello.

U għalhekk ma kinitx sorpriża li Hamrun sofrew it-tielet goal meta minn cross mil-lemin kien John McGovern li waħdu qud­diem Bonello ma żbaljax.

B’hekk Ħamrun temmew l-avventura storika tagħhom f’din it-tazza billi kisbu tliet punti minn sitt logħbiet.

SHAMROCK R.: 1-Edward McGinty, 6-Daniel Cleary (38-Maxim Kovaleskis 60 min), 27-Cory O’Sullivan, 4-Roberto Lopes, 21-Daniel Grant, 36-Victor Ozhianvuna (11-Sean Cavanagh 78 min), 17-Matthew Healy, 7-Dylan Watts (Connor Malley 72 min), 3-Adam Matthews, 10-Graham Burke (88-John McGovern 72 min), 20-Rory Gaffney (9-Aaron Green 78 min) –Coach: Giacomo Modica

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 3-Neil Micallef (33 -Domantas Simkus 76 min), 13-Vincenzo Polito, 91-Emerson Marcelina, 2-Rafael Compri, 47-Mohamed El Fanis (24-Ante Coric 77 min), 27-Ognjen Bjelicic, 8-Matias Garcia (Jovan Kadjenovic 46 min), 19- N’Dri Koffi (Bruno Eder 60 min), 10-Joseph Mbong, 9-Saliou Thione (99-Stijn Meier 46 min). – Coach: Giacomo Modica

referee: Marek Radina (Rep Ċeka)

ASS. refereeS: Kamil Hajek, Lukas Machac (Rep Ċeka)

RABA’ UFF: Jan Vsetecka (Rep Ċeka)

SKORERS:  G. Burke 16 pen, D. Grant 48, J. McGovern 90 (SR), N’Dri Koffi 16 (HS)

AMMONITI:  M. El Fanis, N. Micallef (HS) D. Cleary, A. Matthews, M. Kovaleskis, C. O’Sullivan (SR)

TKEĊĊA:  J. Mbong 26 (HS)

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport