Saturday, December 14, 2024

UCL: Hamrun Spartans jgħaddu għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni

Aqra wkoll

Dinamo Tbilisi ……….0

Hamrun Spartans …..1

(Agg: Hamrun S. 3-1)

Minkejja li lagħbu t- tieni taqsima b’għa­xar players, Hamrun Spartans, għamlu wirja ta’ ka­rattru u barra minn darhom, għelbu l-isfida ta’ Dinamo Tbilisi bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk kisbu double fuq l-istess avversarji u għaddew għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal- UEFA Conferen­ce League bl-aggregate ta’ 3-1.

Kien biss fil-31 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Dinano Tbilisi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta cross ta’ Giorgi Kharaishvili ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Hamrun Spartans, Federico Marchetti.

Huma komplew fuq l-offenisva u fis-36 minuta, xutt ċentrali ta’ Karashvili ġie salvat minn mal-art minn Marchetti.

L-Ispartans wieġbu tliet minuti wara permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Roko Prsa li ġie devjat f’corner mill-barriera ta’ Dinamo Tbilisi.

It-team minn Georgia reġa’ ħoloq il-periklu fit-42 minuta meta wara li rċieva minn corner ta’ Imran Oualid Omar, Saba Khvadagiani, għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras ċentrali tiegħu tiġi salvata minn Marchetti.

U proprju fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, il-Maltin fetħu l-iskor meta Paintsley xeħet cross għan-nofs li sab lil UROS DURANOVIC li wara li kkontrolla tajjeb, minn poiżizzjoni ideali, tefa’ ġewwa.

Madankollu qabel bdiet it-tieni taqsima, Hamrun qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa proprju Duranovic permezz ta’ karta ħamra diretta wara li kellu xi jgħid mal-coach ta’ Tbilisi, Giorgi Tchaibrishvili, li wkoll safa mkeċċi.

U b’superjoritá numerika, Dinamo żiedu l-pressjoni u mas-siegħa logħob, xutt mid-distanza tat-Nikolosz Mali għadda ftit barra.

Fl-84 minuta, huma resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta Lasha Odisharia kellu xutt minn tarf il-kaxxa li ħabat mal-mimduda qabel intemm għoli.

Żewġ minuti biss wara, Dinamo fallew ċans tad-deheb ieħor li jsibu x-xibka meta tentattiv mill-viċin ta’ Kharaishvili stampa mal- wieqfa, biex fil-ħin miżjud, l-istess Kharaishvili għat-tieni darba kellu x-xutt tiegħu li ħabat ma’ sieq il-wieqfa, b’Hamrun jeħil­suha ħafif.

DIN. tbilisi: 17-Giorgi Loria, 31-Giorgi Maisuradze (2-Nikolosz Mali 46), 4-Saba Khvadagiani, 3-Aleksandre Kalandadze, 24-David Kobouri (21-Luka Lakvekheliani 57), 5-Anzor Mekvabishvili, 18-Barnes Osei (8-Giorgi Moistsrapishvili 57), 12-Giorgi Kharaishvili, 11-Imran Oualid Omar (7-David Skhirtladze 57), 28-Ousmane Camara (39-Lasha Odisharia 74), 32-Zoran Marusic   – Coach: Giorgi Tchaibrishvili

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg (69-Karlo Bilic 99), 91-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 10-Joseph Mbong (28-Juan Carlos Corbalan 76), 14-Elionay (42-Nemanja Krstic 57), 12-Roko Prsa, 25-Eder (17-Julian Nenov 57), 94-Ryan Camenzuli, 30-Seth Paintsil (98-Jonny 76), 23-Uros Duranovic   – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Viktor Shimusik (Belarus)

ASS. REFEREES: Sergei Ko­so­vets, Siarhei Firynovich (Belarus)

RABA’ UFF: Dzmitry Dzmitryieu (Belarus)

SKORER: U. Duranovic 45 (HS)

AMMONITI: B. Osei (DT), F. Marchetti (HS)

TKEĊĊA: U. Duranovic 46 (H)

Ekonomija

Sport