Tuesday, July 15, 2025

UCL: Hamrun Spartans jikkwalifikaw bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Hamrun S. …….…2

FK Zalgiris ………0

(Aggregate 2-2 – Hamrun S. 11-10 bil-penalties)

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans ikkwalifikaw għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League meta għelbu lil FK Zalgiris 11-10 bl-għoti tal-penalties wara li spiċċaw f’aggregate ta’ 2-2 … wara li ngħataw xejn inqas minn 28 penalty.

Issa l-Ispartans jiltaqgħu kontra Dinamo Kiev.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu meta fis-sitt minuta, Merlin Hadzi, għadda tajjeb lejn Joseph  Mbong li kellu l-konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper, Carlos Olses.

Fid-19-il minuta kel­lhom ferħa bla temma meta Mbong mill-viċin kompla għal ġewwa iżda l-goal ġie mħassar għal offside.

Fit-30 minuta, Zalgiris wieġbu għall-ewwel darba   b’xutt ta’  Ovidijus Verbickas minn tarf il-kaxxa li ntemm barra.

Iżda, fil-35 minuta, il- Ħamruniżi fetħu l-iskor me­ta minn cross fuq il-lemin, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża SERIGNE THIOUNE mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u sitt minuti wara meritatament irduppjaw biex ikkanċellaw il-vantaġġ doppju ta’ Zalgiris li kisbu f’Vilnius meta JOSEPH MBONG venven xutt minn distanza notevoli li ntemm fis-saqaf tax-xibka.

Fid-59 minuta, l-Ispartans resqu viċin meta Mbong għadda lejn Koffi li ġiegħel lill-goalkeeper, Olses, isalva bi tbatija.

Fit-85 minuta, huma fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta Thioune kellu t-tentattiv tiegħu minn taħt il-lasta devjat f’corner minn Joris Moustachy.

Minħabba l-fatt li Zalgiris rebħu l-ewwel leg 2-0, kellu jingħata l-ħin barrani hekk kif sad-90 minuta, l-aggregate kien dak ta’ 2-2.

Fin-nofs siegħa żejda r-ritmu naqas għal kollox fejn l-għejja dehret evidenti fuq il-players taż-żewġ naħat.

Iżda fil-114-il minuta, Zalgiris tkeċċilhom id-difensur ċentrali, Vasilie Radenovic, meta ntwera t-tieni karta saf­ra.

Il-partita kellha tiġi deċiża bil-maratona tal-penalties minħabba li sal-120 baqgħet fi draw.

Għal Hamrun skorjaw Marcelina (2), Jovan Cadjenovic, Moaud El Fanis, Vincenzo Polito, Jonny, Nikolai Micallef, Ryan Camenzuli, Ognjen Bjelicic u Henry Bonello iżda Jovan Cadjenovic,  Se­rigne Thioune u Jonny fallew.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri (91-Emerson Marcelina 100), 10-Joseph Essien Mbong (3-Nikolai Micallef 92), 9-Saliou Thioune, 19-N’Dri Philippe Koffi (80-Jonny 100), 20-Jovan Cadjenovic, 25-Eder (47-Mouad El Fanis 91), 27-Ognjen Bjelicic, 33-Domantias Simkus (8-Matias Nicolas Garcia 78), 77-Merlin Hadzi, 94-Ryan Camenzuli  – Coach: Giacomo Modica

ZALGIRIS: 1-Carlos Olses, 6-Luka Dumancic, 7-Kassim Hadji (42-Kevin Lukasevic 106), 15-Ebenezei Ofori, 17-Giedrius Matulevicius (8-Dino Salcinovic 46), 22-Ovidijus Verbickas (71-Nemanja Mihajlovic 67), 32-Vasilie Radenovic, 45-Joris Moustachy, 49-Bruno Tavares (19-Mohamed Youla 81), 77-Yuri Kendysh (10-Henrique Devens 81), 80-Liviu Antal – Coach: Vladimir Cheburin

referee: Matteo Marcenaro (Italja)

ASS. refereeS: Giovanni Baccini, Marco Ceccon (Italja)

RABA’ UFF: Luca Zufferli (Italja)

SKORERS: S. Thioune 35, J. E. Mbong 41 (H)

AMMONITI: J. Cadjenovic, D. Simikus, R. Camenzuli (HS), V. Radenovic, D. Salcinovic, K. Hadji (Z)

TKEĊĊA: V. Radenovic 114 (Z)

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport