Thursday, November 27, 2025

UCL: Ħamrun Spartans jirreġistraw l-ewwel rebħa u jiktbu l-istorja

Aqra wkoll

Ħamrun Spartans ……3

Lincoln Red Imps ……1

Minn Cristian Muscat

Ħamrun Spartans kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom fil-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Conference League meta ġew minn goal minn taħt biex għelbu lil Lincoln Red Imps ta’ Ġibilta bl-iskor ta’ 3-1.

It-team immexxi minn Giacomo Modica ħoloq diversi ċansijiet ta’ skor imma kienu Lincoln Red Imps li fetħu l-iskor imma wara li dawn kellhom player imkeċċi, Ħamrun dawwru l-iskor favur tagħhom bi tliet goals anke jekk huma kellhom ukoll player imkeċċi.

Kienu Ħamrun li ħarġu l-aħjar u wara erba’ minuti li xutt b’ saħħtu ta’ Eder minn tarf il-kaxxa ġie mblukkat minn Hankins u minuta wara, xutt djagonali ta’ Joseph Mbong mil-lemin għadda żbrixx minn mal-lasta. Ħamrun żammew il-pressjoni u fis-sitt minuta xutt ta’ Matias Garcia ġie mdawwar f’ corner mill-gowlkeeper.

Lincoln Red Imps irrispondew bi cross ta’ Toni Kolega li minnu Kieke Gomez dar ma’ Vincenzo Polito qabel ikkonkluda barra fis-26 minuta. Minuta wara, Saliou Thioune tilef ċans tajjeb għal Ħamrun meta rċieva ballun fuq ix-xellug imma l-konklużjoni tiegħu għaddiet barra. Mal-31 minuta logħob, Christian Rutjens impenja lil Bonello wara free kick ta’ Graeme Torrilla. Seba’ minuti wara, Garcia għadda ballun lejn Ognjen Bjelicic li kellu xutt minn barra l-kaxxa imblukkat bi Thioune ma jirnexxielux jieħu l-ballun mill-viċin.

Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Thioune daħal tajjeb għal cross ta’ Bjelicic mil-lemin imma bir-ras tefa’ ftit barra biez minuts fuq il- ħin minn cross ta’ Ryan Camenzuli, Garcia b’ xutt mill-ewwel jitfa’ barra.

Il-Ħamruniżi reġgħu ħarġu tajjeb u daqqa ta’ ras ta’ Koffi ġiet imxellfa f’ corner tliet minuti fit-tieni taqsima waqt linżewġ minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Bjelicic ġiet salvata minn Hankins. Fuq in-naħa l-oħra, minn free kick ta’ Toni, Christian Rutjens resaq viċin għal Lincoln Red Imps fit-53 minuta.

Erba’ minuti wara, it-team minm Ġibilta mar minn fuq meta minn cross mix-xellug, BERNARDO LOPEZ ikkontrolla l-ballun qabel għeleb lil Bonello.

Ħamrun irrispondew bi cross ta’ Koffi li minnu Mbong ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn Hankins mas-siegħa logħob. Żewġ minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Garcia ġiet salvata mill-goalkeeper. 

Fit-63 minuta, Graeme Torrilla tkeċċa għal Lincoln Red Imps għal daħla kerha fuq Koffi li minħabba fiha dabbar it-tieni karta safra.

Żewġ minuti wara, Ħamrun ġabu l-iskor indaqs meta minn pass ta’ Koffi mix-xellug, MOUAD EL FANIS għeleb lil Hankins.

Ħamrun marru minn fuq fl-74 minuta meta minn cross ta’ Rafael Compri mil-lemin, SEMIR SMAJLAGIC bir-ras għeleb lil Hankins.

Ħames minuti wara, Vincenzo Polito tkeċċa għal Ħamrun wars li hu ukoll rċieva t-tieni karta safra.

Żewġ minuti fil-ħin miżjud, Ħamrun skurjaw it-tielet goal meta wara azzjoni tajba ta’ Smajlagic fuq ix-xellug, huwa għsdda l-ballun lil Jovan Cadjenovic li kien pront qassam lil ANTE CORIC li għeleb lil Hankins b’ xutt fil-baxx.

ĦAMRUN SPARTANS 1-Henry Bonello, 2-Rafel Compri, 8-Matias Garcia (72’ Jovan Cadjenovic), 9-Saliou Thioune, 10-Joseph Mbong, 13-Vincenzo Polito, 19-N’Dri Koffi (5-Sven Xerri 90+1’), 25-Eder, 27-Ognjen Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli.

Kowċ: Giacomo Modica

LINCOLN  RED IMPS 13-Jaylan Hankins, 3-Christian Rutjens, 6-Bernardo Lopez (99-Ayman El Ghobashy 90’),  8-Mandi, 9-Kike Gomez (67’ Nicholas Pozo), 10-Andre Tjay De Barr, 18-Toni, 21-Nano, Graeme Torrilla, 24-Toni Kolega, 80-Boubacar Dabo.

Kowċ: Juanjo Bezares

Referee: Jovan Kachevski (MKD)

Assistenti Referees: Goce Petreski, Darko Jovcevski (MKD)

Raba’ Uffiċjal: Igor Stojchevski (MKD)

VAR: Gianluca Aureliano (ITA)

Assistent VAR: Daniele Paterna (ITA)

Skurjaw: 57’ Bernardo Lopez, 65’ Mouad El Fanis, 74’ Semir Smajlagic, 90+2’ Ante Coric

Ammoniti: Eder, Bjelicic, Koffi, Polito (Ħ); Torrilla, Mandi, Hankins (L)

Mkeċċi: 63’ Torrilla, 79’ Polito

Attendenza: 2,134

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport