Wednesday, July 9, 2025

UCL: Hamrun Spartans megħluba b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

FK Zalgiris ……….……2

Hamrun Spartans …..0

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 minn FK Zalgiris valida mill-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions Lea­gue.

B’hekk, it-tieni leg li se jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla, se jkun wieħed delikat għall-Ispartans. 

Kienu Zalgiris li ħolqu l-ewwel periklu meta Henrique skappa lid-difiza Hamruniża u kellu t-tentattiv mill-ewwel tiegħu jintemm ftit barra.

Hamrun wieġbu żewġ minuti biss wara meta Ryan Camenzuli irnexxielu jikkonkludi xutt b’saħħtu li iżda għadda barra.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-26 minuta, Matias Garcia proprju fid-debutt tiegħu mal-Ispartans rebaħ kuntrast ma’ player avversarju fi tliet kwarti ta’ ground u fajjar kanunata li ntemm ftit għoli.

Fit-38 minuta, il-Ħamruniżi reġgħu ħolqu l-periklu meta Joseph Mbong kellu xutt pjuttost ċentrali li ġie salvat mingħajr wisq  diffikultá mill-goalkeeper Litwan, Carlos Olses.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hamrun ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta Mbong kellu xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li ġie mdawwar f’corner minn Olses.

Fit-52 minuta, Zalgiris, kellhom ferħa bla temma meta Henrique żmarkat għal kollox minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa iżda r-referee Daniż, Sandi Putros, kien pront u ħassar il-goal minħabba pożizzjoni ta’  offside.

Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda seba’ minuti wara meta minn azzjoni li bdiet minn free-kick, Yuri Kendysh, bir-ras għadda taj­jeb lejn, LIVIU ANTAL, li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Malti, Henry Bonello, billi mattar siequ u tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Huma komplew joħolqu l-periklu u fit-80 minuta kel­lhom f’saqajhom il-ballun tat-tieni goal meta Henrique mill-viċin ra lil Bonello jsalva tajjeb b’saqajh, biex evita goal ċert.

Huma komplew joħolqu l-periklu u fit-80 minuta kel­lhom f’saqajhom il-ballun tat-tieni goal meta Henrique mill-viċin ra lil Bonello jsalva tajjeb b’saqajh, biex salva goal ċert.

Iżda fit-86 minuta, is-sostitut KASSIM HADJI li kien ilu biss minuta fil-ground, ġie  wiċċ imb’wiċċ ma’ Bonello u permezz ta’ xutt fil-baxx ma ħafirx.

ZALGIRIS: 1-Carlos Olses, 45-Joris Moutachy, 32-Vasilije Radenovic, 6-Luka Dumancic, 49-Bruno Tavares, 22-Ovidijus Verbickas (8-Dino Salcinovic 93), 15-Ebenzeer Ofori, 77-Yuri Kendysh, 17-Giedrius Matulevicius, 10-Henrique (7-Kassim Hadji 85), 80-Liviu Antal   – Coach: Vladi­mir Cheburin

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 27-Ognjen Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 3-Nikolai Micallef (77-Merlin Hadzi 63), 10-Joseph Essien Mbong, 20-Jovan Cadjenovic (47-Mouad El Fanis 96), 33-Domantas Simkus (25-Ederson Bruno Domingos 75), 94-Ryan Camenuzli, 8-Matias Nicolas Garcia (9-Serigne Thioune 96), 19-N’Dri Koffi (45-Junior Djille 96)   – Coach: Giacomo Modica

referee: Sandi Putros (Danimarka)

ASS. refereeS: Martin Markus, Daniel Cortzen (Danimarka)

RABA’ UFF. Morten Krogh (Danimarka)

SKORERS: L. Antal 59, K. Hadji 86 (Z)

AMMONITI: R. Compri (HS)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport