Sunday, December 22, 2024

UCL: Il-clubs għandhom dritt jikkunsidraw ‘ideat differenti’ biex ikabbru l-logħba

Aqra wkoll

Il-kapijiet tal-football Ewropew qalu li qed “jesploraw ideat differenti” fost rapporti li xi logħbiet taċ-Champions League jistgħu jintlagħbu barra mill-Ewropa.

Aktar kmieni din il-ġimgħa websajt tal-football sostniet li l-clubs huma miftuħa biex jagħmlu partiti fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina u fil-Lvant Nofsani.

Iżda nhar it-Tlieta l-idea ġiet miċħuda mill-president tal-UEFA, Aleksander Cefe­rin.

Madankollu, il-president tal-European Club Association (ECA), Nasser Al-Khelaifi, jgħid li l-clubs għandhom raġun jesploraw ideat ġodda ta’ tkabbir.

“Ma qbilna xejn,” qal Al-Khelaifi. “Dak li qed nippruvaw nagħmlu hu li nesploraw ideat differenti biex nikbru u niżviluppaw il-kompetizzjoni, għandna d-dritt li nagħ­mlu dan.

“Għaliex ma tħarisx lejn l-opportunitajiet kollha biex tikber u tiżviluppa u tara jekk jagħmilx sens jew le?”

Meta tkellem f’konferenza tal-aħbarijiet wara l-Assemblea Ġenerali tal-ECA fit- Turkija, il-kap eżekuttiv ta’ Ajax, Edwin van der Sar, qal li ‘mhux ġdid’ li l-logħbiet domestiċi jintlagħbu barra minn Malta, u semma’ s-Super Cup Taljana, li ntlagħbet fil-Qatar, fiċ-Ċina u fl-Arabja Sawdija, bħala eżempju wieħed.

L-ECA laqgħet ukoll rappreżentanti mill- Formula Wieħed għal-laqgħa tagħhom ta’ jumejn fit-Turkija u nnutat is-suċċess tas-serje Netflix ‘Drive to Survive’ biex tattira udjenzi ġodda lejn l-isport.

Huwa maħsub li pass inizjali jkun jinvolvi t-teħid tas-Super Cup Ewropea annwali fl-Istati Uniti, li ma tkunx teħtieġ l-approvazzjoni tal-FIFA peress li hija kompetizzjoni ta’ qabel l-istaġun.

Għal darb’oħra, Real Madrid, Barcelona u Juventus, kienu assenti mil-laqgħa.

It-tliet clubs qed jistennew sentenza interim dwar l-isfida tagħhom għall-istatus tal-UEFA bħala l-uniku korp li jista’ jis­­san­zjona tournament pan-Ewropew.

Din id-deċiżjoni inizjali hija dovuta f’Diċembru u se tagħti indikazzjoni dwar jekk it-trio, li rrifjutaw li jmorru lura mill-kunċett tas-Super League li ġibed kritika daqshekk wiesa’ fl-2020, għandhomx xi ċans ta’ suċċess.

Filwaqt li Van der Sar qal li tkun ‘ħaġa kbira’ li jkollok it-tlieta lura fi ħdan il-familja tal-ECA, Al-Khelaifi kien aktar passiv.

“Inkomplu naħdmu mingħajrhom,” qal il-president ta’ Paris St-Germain. “Jekk iridu jiġu lura huma milqugħa iżda mhux se naħlu ħinna b’dan.

“Qed nimxu ‘l quddiem u nagħmlu l-aħjar għall-clubs tagħna. Huma jagħmlu li jridu. Nafu li s-Super League ma jeżistix u qatt mhu se jeżisti.”

Ekonomija

Sport