Thursday, March 13, 2025

UCL: Il-holders Real Madrid jikkwalifikaw bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Meta l-bieraħ intlagħab it-tieni programm tal-Aħħar 16 tal-UEFA Cham­pions League, sar magħruf il-kwadru tal-kwarti-finali fejn Real  rebħu d-derby ta’ Madrid billi għelbu lil Atle­tico bl-għoti tal-penalties 4-2 wara aggregate ta’ 2-2 wara li fil-ħin normali, Atletico għelbu lil Real bl-iskor ta’ 1-0.  

Atletico kellhom bidu tal-ħolm meta wara biss 30 sekonda fetħu l-iskor minn Cono Gallagher li laħaq qabel il-goalkeeper, Thibaut Courtois, biex xeħet fix-xibka. 

Fis-70 minuta, Real Mad­rid kellhom opportunitá kbira li jiskorjaw meta ngħataw penalty għal foul ta’ Lenglet fuq Mbappe. Iżda Vinicius Jr falla mill-11-il metru. 

Lille v Borussia D. – Borussia Dortmund marru għand Lille u dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 biex għaddew b’aggregate ta’ 3-2 u issa jiltaqgħu kontra Barcelona. 

Il-Franċiżi fetħu l-iskor minn Jonathan David (5) iżda fit-tieni taqsima, Dortmund għamlu reazzjoni u skorjaw darbtejn minn penalty mogħti minn Emre Can (54) u Maximilian Beier (67).

Aston Villa v Club Brugge– Aston Villa kkwalifikaw b’aggregate ta’ 6-1 meta f’darhom għelbu lil Club Brugge bl-iskor ta’ 3-0 li kellhom lil Kyriani Sabbe (17) imkeċċi. Il-goals waslu minn doppjetta ta’ Marco Asensio (50, 61) u Ian Maatsen (57). 

Arsenal v PSV– Arsenal laqgħu u PSV Eindhoven spiċċaw fi draw ta’ 2-2 biex il-Gunners għaddew bl-aggregate ta’ 9-3.  Oleksandr Zinchenko (6) u Declan Rice (37) skorja għal Arsenal filwaqt li Ivan Perisic (18) u Couhaib Driouech (70) wieġbu għal PSV. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport