Sunday, November 24, 2024

UCL: “Il-partitarji ta’ Liverpool ma kellhom l-ebda ħtija”

Is-Senat Franċiż

Aqra wkoll

Inkjesta Franċiża dwar il-fjask tas-sigurtà fil-finali tal-UEFA Champions League f’Pariġi f’Mejju li għadda sabet li dan kien ikkawżat minn sensiela ta’ żbalji amministrattivi u nuqqasijiet.

Inizjalment il-Gvern Franċiż tefa’ il-ħtija fuq il-partitarji ta’ Liverpool u l-biljetti foloz għall-kaos tal-folla li wassal biex il-partitarji jiġu mdawrin bil-gass tad-dmugħ u misruqa.

Iżda rapport tas-Senat sab li l-awtorita­jiet tefgħu t-tort inġustament.

Żbalji mhux funzjonali saru f’kull livell, qalet.

Żewġ kumitati tas-Senat investigaw x’mar ħażin fil-lejl tal-finali taċ-Champions League bejn Liverpool u Real Madrid fit-28 ta’ Mejju, waqt li ħadu xhieda mingħand rappreżentanti tal-partitarji u tal-club ta’ Liverpool kif ukoll ta’ uffiċjali Franċiżi.

Il-partitarji ta’ Liverpool qalu li l-problemi kienu kkawżati minn biljetti diġitali li ma ħadmux sew f’dik il-lejla, li wasslu għal problemi fit-turnstiles. Strajk tal-ferrovija għamel l-affarijiet agħar u wassal għal konġestjonijiet hekk kif il-partitarji waslu għall-partita.

Minbarra li ntefagħlhom il-gass tad-dmugħ, il-partitarji ġew misruqa u attakkati minn nies rinomati għall-inkwiet lokali. Imbagħad ħareġ li l-filmati tas-CCTV kienu tħassru ġimgħa wara għax ma kienet saret l-ebda talba biex jiġu salvati.

Laurent Lafon, wieħed miż-żewġ chairmen tal-inkjesta, tkellem dwar katina disfunzjonali ta’ avvenimenti u nuqqasijiet fil-preparazzjoni: “Kulħadd mexa fi triqtu mingħajr ma kien hemm xi koordinazzjoni reali.”

Bl-evidenza lill-kumitat tas-Senat ix-xahar li għadda, il-Ministru tal-Intern, Ge­rald Darmanin, ammetta li l-affarijiet setgħu ġew organizzati aħjar u skuża ruħu għall-użu “sproporzjonat” tal-gass tad-dmugħ.

Iżda huwa sostna li l-partitarji ta’ Liverpool kienu fil-biċċa l-kbira tat-tort. Qabel kien ilmenta li 30,000-40,000 partitarju ta’ Liverpool kienu waslu barra l-ground jew bla biljetti jew b’biljetti foloz. Il-UEFA għamlitha ċara li fil-fatt kien hemm 2,700 biljett falz f’dik il-lejla.

Ix-xeni xokkanti barra l-istadium waslu bħala imbarazzament għall-gvern qabel l-elezzjonijiet parlamentari ta’ Ġunju u hekk kif Franza qed tippjana għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2023 u l-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024.

L-awtoritajiet lokali ftit kellhom ħin biex jippreparaw għall-finali ta’ Mejju, wara li din ġiet imċaqilqa minn St Petersburg minħabba l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna.

Qabel ir-rapport tas-Senat, il-ko-chairman Jean-Noel Buffet, akkuża lis-Sur Darmanin li gideb: “Fil-konsegwenza kien qed li ta n-nar lill-ħuġġieġa – dak hu li nfjamma s-sitwazzjoni. Kieku ammetta l-iżbalji u skuża ruħu ma kienx ikun hemm kwistjonijiet.”

Minn dak inhar il-Ministru Darmanin skuża ruħu mal-partitarji għal dak li ġara barra l-istadium.

Sport