Il-partitarji ta’Manchester United jinsabu rrabjati għall-coach, Ole Gunnar Solskjaer, talli ssostitwixxa lil Cristiano Ronaldo fit-telfa tal-UEFA Champions League kontra Young Boys bl-iskor ta’ 2-1.
Ronaldo, li għamel l-ewwel dehra taċ-Champions League mindu ngħaqad mar-Red Devils, fetaħ l-iskor fit-13-il minuta iżda Young Boys kisbu d-draw u Solskjaer imbagħad, fit-72 minuta, għażel li jibdel lil Ronaldo ma’ Jesse Lingard.
Id-deċiżjoni ma tantx kienet waħda popolari hekk kif Lingard ikkommetta żball kruċjali fil-ħin miżjuud biex l-Isvizzeri skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ Jordan Siebatcheu.
Il-partitarji marru fut Twitter biex jagħtu l-kummenti tagħhom fejn wieħed kiteb: “Din se titniżżel bħala waħda mill-agħar sostituzzjonijiet fiċ-Champions League u fl-istorja tal-club tagħna.”
U ieħor kiteb: Ole bidel lil Ronaldo ma’ Lingaard li spiċċa “għamel assist inkredibbli” u ppreżenta fuq platt ir-rebħa lil Young Boys.
Iżda Solskjaer iddefenda d-deċiżjoni tiegħu billi qal li huwa ssostitwixxa lil Ronaldo minħabba li fil-logħba ta’ nhar is-Sibt li għadda, kontra Newcastle, ġera ħafna .. u aktar milli kien mistenni.