Thursday, December 19, 2024

UCL: Illum u għada jintlagħab it-tieni programm tal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Illum u għada jintlagħab it-tieni programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal- UEFA Champions League fejn l-attenzjoni prinċipali tkun dik bejn Atletico Mad­rid u Manchester United, filwaqt partiti oħra int­ressanti huma dawk bejn Chelsea u Lille u Villarreal u Juventus. 

Chelsea v Lille – Chelsea, li spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp H, jilqgħu lil Lille li rebħu Grupp G. 

Friski mis-suċċess tat- Tazza tad-Dinja tal-Clubs, il-Pensioners jibdew favo­riti hekk kif ġejjin minn ritmu ta’ ħames rebħiet kon­sekuttivi.   

Min-naħa tal-Franċiżi, wara bidu tajjeb tal-istaġun huma tilfu l-konsistenza mas-sena l-ġdida biex jinsabu fil-11-il post fil-klassifika tal-kampjonat domestiku. Fl-aħħar partita huma spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra Metz li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Chelsea se jkunu mingħajr l-imweġġgħin Mason Mount, Ben Chilwell u Reece James filwaqt li Cesar Azpilicueta u Callum Hudson-Odoi huma dubjużi.

L-uniku player nieqes għal Lille huwa Angel Go­mes. 

Villarreal v Juventus – Juventus, rebbieħa ta’ Grupp H, imorru jilagħbu għand Villarreal li spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp F. 

Il-Bianconeri jridu jin­sew ir-riżultat ta’ draw ta’ 1-1 kontra Torino u jikkonċentraw fuq din il-partita hekk delikat. 

Huma mistennija jagħtu d-debutt lill-attakkant Serb  Dusan Vlahovic (Fiorentina) l-midfielder Svizzeru Denis Zakaria (Borussia M.) 

Peró huma għandhom lista ta’ players li qed jir­kup­raw minn injury li jinkludu lil Federico Chiesa, Leonardo Bonucci u Giorgio Chiellini filwaqt li Paulo Dybala, Luca Pellegrini u Daniel Rugani huma dubjużi. 

Min-naħa tal-Ispanjoli, dawn ukoll se jkollhom jgħaddu mingħajr bosta players li jinsabu mweġġgħin, fosthom Francis Coquelin, Gerard Moreno u Ruben Pena filwaqt li Giovanni Lo Celso u Etienne Capoue jrid isirlu test aħħari.  

Benfica v Ajax – Benfica, li spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp E jilagħabu kontra Ajax li rebħu Grupp C b’punti massimi. 

Benfica jinsabu maq­tu­­għin mill-isfida għar- rebħ tat-titlu domestiku u għaldaqstant iridu jkom­plu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni għal pakkett finanzjarju. 

Min-naħa l-oħra, Ajax qed jiddominaw ix-xena lokali minkejja li fl-aħħar partita kellhom jitħabtu biex għelbu lil Willem II bl-iskor ta’ 1-0. 

Benfica għandhom erba’ players imweġġgħin li hu­ma Almeida, Lucas Verissimo, Pinho u Haris Sefero­vic. 

Min-naħa ta’ Ajax, dawn se jkunu mingħajr Brian Brobbey, Sean Klaiber u Maarten Stekelenburg.

Atletico M. v Man Utd – Manchester United, li reb­ħu Grupp F, imorru għand Ateltico Madrid li spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp B. 

Inċidentalment, fix-xena domestika ż-żewġ timijiet qed jisfidaw biex itemmu mal-ewwel erba’ timijiet hekk kif wieħed jista’ jgħid li s’issa ddiżappuntaw ma­tul l-istaġun. 

Filwaqt li Atletico Mad­rid jinsabu fil-ħames post, ir-Red Devils qed jokkupaw ir-raba’ post u għandhom sfida minn West Ham, Arsenal, Wolves u Tottenham. 

L-Ispanjoli għandhom bosta players neqsin fost­hom Matheus Cunha, Tho­mas Lemar, Benjamin Lecomte, Daniel Wass iżda mistenni jirritorna Antoine Griezmann. Yannick Carrasco huwa sospiż.

Il-players huma kollha disponibbli għar-Red De­vils bl-eċċezzjoni ta’  Edinson Cavani li se jsirlu test aħ­ħari għax dubjuż.

Ekonomija

Sport