Sunday, November 24, 2024

UCL: Inter u Manchester City fis-semi-finali

Aqra wkoll

Inter v Benfica …. 3-3

(Aggregate: Inter 5-3)

F’San Siro, Inter u Benfica temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ 3-3. Kienu n-Nerazzurri li fetħu l-iskor permezz ta’ Nicolo Barella (14), sabiex Fredrik Aursnes (38) ġab l-iskor indaqs għal Benfica. Lautaro Martinez (65) reġa’ tefa’ lil Inter fil-vantaġġ, biex Joaqin Correa (78) fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals permezz tat-tielet goal. Il-Portugiżi weetqu reazzjoni tardiva u naqqsu l-margni tal-iskor permezz ta’ Antonio Silva (86), qabel ġabu l-iskor indaqs minn Petar Musa (95).

B’hekk wara li fl-ewwel leg barra minn darhom Inter kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, huma kisbu l-passaġġ għas-semi-finali bi skor aggregate ta’ 5-3, fejn se jkunu qed jaffrontaw lill-ġirien iżda rivali eterni ta’ AC Milan.

Bayern Munich v Man City … 1-1

(Aggregate: Man City 4-1)

Wara t-telfa ta’ 3-0 barra minn darhom fl-Etihad Stadium fl-ewwel leg, kien meħtieġ biss miraklu biex Bayern Munich jiksbu l-passaġġ għas-semi-finali. U fil-fatt, dan ma seħħx hekk kif Man City u Bayern Munich temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1.

Kien l-iskorer prolifiku Norveġiż Erling Braut Haaland li fetaħ l-iskor għall-Blues (57), fejn rimarkabbli huwa l-fatt li l-istess player falla penalty fit-38 minuta. Bayern Munich ġabu l-iskor indaqs tard fil-partita permezz ta’ Joshua Kimmich (83) minn penalty. B’hekk Man City kisbu l-passaġġ għas-semi-finali bi skor aggregate ta’ 4-1, fejn jkunu qed jaffrontaw lil Real Madrid.

Sport