Manchester United u Tottenham ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-UEFA Europa League u Chelsea segwewhom fil-UEFA Conference League biex komplew juru l-qawwa Ingliża fil-kompetizzjonijiet Ewropej.
Man Utd v Real Sociedad– Manchester United għaddew mal-aħħar tmienja meta dawru telfa f’rebħa ta’ 4-1 fuq Real Sociedad għal aggregate ta’ 5-2.
Kien Mikel Oyarzabal (10) li fetaħ l-iskor minn penalty għal Real Sociedad iżda r-Red Devils skorjaw erba’ goals mingħajr risposta minn hat-trick ta’ Bruno Fernandes (16 pen, 50 pen 87) u Diogo Dalot (91).
L-Ispanjoli kellhom lil Jon Aramburu (63) imkeċċi.
Tottenham v Alkmaar – Tottenham laqgħu lil Alkmaar u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 biex għaddew bl-aggregate ta’ 3-2.
L-iskorers ta’ Spurs kienu Wilson Odobert (26 74) u James Maddison (48) filwaqt li Peer Koopmeiners (63) wieġeb għall-Olandiżi.
Lazio v Viktoria Plzen – Minkejja li f’darhom Lazio ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Viktoria Plzen, huma xorta waħda kkwalifikaw bl-aggregate ta’ 3-2.
Peró, huma ħadu ħasda kbira meta kienu ċ-Ċeki li fetħu l-iskor minn Pavel Sulc (52). Madankollu, Alessio Romagnoli (77) skorja l-goal li qata’ l-passaġġ għall-kwarti-finali.
Athletic Bilbao v Roma – Roma marru Spanja u sfaw megħluba minn Athletic Bilbao bl-iskor ta’ 3-1 biex dawn tal-aħħar ikkwalfikaw bl-aggregate ta’ 4-3.
It-team Taljan beda fuq nota mill-aktar negattiva meta wara biss 11-il minuta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Mats Hummels (11) wara li kkommetta foul professjonali.
Il-goals tal-Ispanjoli waslu minn doppjetta ta’ Nico Williams (45, 82) u Yuri Berchiche (68) filwaqt li Leandro Paredes (93 pen) wieġeb għal Roma.
Conference League
FIORENTINA U CHELSEA JIKKWALIFIKAW
Chelsea v Copenhagen – Chelsea għaddew għall- kwarti-finali meta għelbu lil Copenhagen bl-iskor ta’ 1-0 għal aggregate ta’ 2-0 bil-goal jiġi skorjat minn Kiernan Dewsbury-Hall (55)
Fiorentina v Panathinaikos – Fiorentina għelbu lil Panathinaikos 3-1 biex għaddew bl-aggregate ta’ 5-4. Il-protagonisti kienu Rolando Mandragora (12), Albert Gudmundsson (24) u Moise Kean (75) filwaqt li Fotis Ioannidis (81 pen) wieġeb għall-Griegi.