Saturday, October 26, 2024

UCL: JIKKWALIFIKAW TLIET TIMIJIET OĦRA

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ ġiet fi tmiemha ir-raba’ ġurnata mill-fażi ta’ gruppi tal-UEFA Champions League u wara li nhar it-Tlieta filgħaxija, Man City, kisbu l-kwalifikazzjoni għar-round tal-aħħar 16, ilbieraħ kien imiss tliet timijiet oħra li jiksbu l-passaġġ għal dan ir-round. Dawn huma Napoli, Club Brugge u Bayern Munich.

Grupp A

Napoli ġewwa darhom fi Stadio Diego Armando Maradona għelbu lil Ajax bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Hirving Lozano, Giovanni Raspadori, K. Kvaratshkelia (62) minn penalty u Victor Osimhen. Dan filawqt li ż-żewġ goals għall-ġganti Olandiżi waslu minn Davy Klaassen u Steven Bergwijn.

Liverpool barra minn darhom umiljaw lil Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 7-1, bil-goals għalihom jaslu minn Roberto Formino li rreġistra doppjetta personali (24, 55), Darwin Nunez (66), Mohamed Salah li rreġistra hat-trick personali (76, 80, 81) u Harvey Elliot (87). L-unik goal għal Rangers wasal minn Scott Arfield (17).

Grupp B

Porto barra minn darhom hebu lil Bayer Leverkusen bl-iskor ta’ 3-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Galeno (6), Mehdi Taremi (53, 64) bżiżewg gaosl gahlih ajslu minn penalty. Ta’ nota huwa l-fatt li fis-16-il minuta, Kerem Demirbay falla penalty għal Leverkusen.

Club Brugge u Atletico Madrid temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ mingħajr goals bil-Belġjani jtemmu l-partita b’10 players meta fit-82 minuta, tkeċċa għalihom il-player Kamal Sowah wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. 

Grupp C

Bayern Munich barra minn darhom għelbu lil Plzen bl-iskor kbir ta’ 4-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Sadio Mane (10), Thomas Muller (14) u Leon Goretzka li rreġistra doppjetta personali (25, 35). 

Barcelona salvaw punt prezzjuż fi draw drammatiku ta’ 3-3 kontra Inter bil-protagonisti għan-Nerazzurri hekk kif irnexxielhom isibu x-xibka jkunu Nicolo Barella (50), Lautaro Martinez (63) u Robin Gosens (89). Ousmane Dembele (40) u Robert Lewandowski (82), (92) niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għall-Katalani. 

Grupp D

Marseille barra minn darhom għelbu lil Sporting CP bl-iskor ta’ 2-0, fejn għall-Franċiżi rnexxelhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Matteo Guendouzi (20) u Alexis Sanchez (30), Detrimentali għall-Portugiżi kien il-fatt li huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas fid-19-il minuta meta tkeċċa għalihom il-player R. Esgaio wara li rċieva żewġ karti sofor f’temp ta’ tliet minuti biss. U dan mhux biżżejjed hekk kif fil-61 minuta spiċċaw jilagħbu b’sisa’ players meta tkeċċa għalihom il-player Pedro Goncalves ukoll wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita, din id-darba f’temp ta’ 60 sekonda.

Tottenham Hotspur ġewwa darhom għelbu lill-Ġermaniżi ta’ Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Heung-Min Son permezz ta’ doppjetta personali (20, 36) u Harry Kane (28) minn penalty. Iż-żewġ goals għal Frankfurt waslu minn Daichi Kamada (14) u Faride Alidou (87). Ta’ nota huwa l-fatt li Frankfurt spiċċaw jilagħbu b’10 players fis-60 minuta meta tkeċċa għalihom il-player Tuta wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ tliet minuti. 

Sport