Friday, January 30, 2026

UCL: Jittellgħu l-poloz tal-play-offs għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, l-aktar waħda li spikkat kienet dik bejn Real Madrid u Benfica hekk kif hija meqjusa bħala replay wara li nhar l-Erbgħa li għadda, il-Portugiżi għelbu lill-Madrileni bl-iskor ta’ 4-1.

Iċ-champions renjanti, Paris St-Germain, se jkunu nvoluti fid-derby Franċiż meta jiltaqgħu kontra Monaco filwaqt li Newcastle jridu jivvaġġjaw aktar minn 1,000 mil biex jilagħbu kontra Qarabag tal-Azerbaijan.

Juventus għandhom partita diffiċli kontra Galatasaray tat-Turkija filwaqt li Inter għandhom partita delikata meta jiltaqgħu kontra Bodo-Glimt tan-Norveġja.

L-ewwel legs se jintlagħbu fis-17 u 18 ta’ Frar, filwaqt li t-tieni legs se jsiru fil-ġimgħa ta’ wara, fl-24 u 25 ta’ Frar.

Il-poloz ittellgħu hekk:

– Monaco (Franza) v Paris St-Germain (Franza)

– Galatasaray (Turkija) v Juventus (Italja)

– Benfica (Portugall) v Real Madrid (Spanja)

– Borussia Dortmund (Ġermanja) v Atalanta (Spanja)

– Qarabag (Azerbaijan) v Newcastle (Ingilterra)

– Club Brugge (Belġju) v Atletico Madrid (Spanja)

– Bodo-Glimt (Norveġja) v Inter (Italja)

– Olympiakos (Turkija) v Bayer Leverkusen (Ġermanja)

*Saru wkoll magħrufa l-partiti potenzjali tal-Aħħar 16 li rriżultaw hekk:

Arsenal/Bayern Munich v Borussia D., Atalanta, Olympiakos jew Bayer Leverkusen.  

Liverpool/Tottenham v Club Brugge, Atletico Madrid, Galatasaray jew Juventus.

Barcelona/Chelsea v Monaco, PSG, Qarabag jew Newcastle.

Sporting/Manchester  City v Bodo-Glimt, Inter, Benfica jew Real Madrid.

L-ewwel legs jintlagħbu fl-10 u fil-11 ta’ Marzu filwaqt li t-tieni legs jilagħbu fis-17 u fit-18 ta’ Marzu.

POLOZ TAL-PLAY-OFFS TAL-UEFA EUROPA LEAGUE

Il-poloz tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League rriżultaw hekk:

– Ludogorets (Bulgarija) v Ferencvaros (Ungerija)

– Panathinaikos (Greċja) v Viktoria Plzen (Rep. Ċeka)

– Dinamo Zagreb (Kroazja) v Genk (Belġju)

– PAOK (Greċja) v Celta Vigo (Spanja)

– Celtic (Skozja) v Stuttgart (Ġermanja)

– Fenerbahce (Turkija) v Nottingham Forest (Ingilterra)

– Brann Bergen (Norveġja) v Bologna (Italja)

– Lille (Franza) v Red Star (Serbja)

L-ewwel legs – 19 ta’ Frar; it-tieni legs – 26 ta’ Frar.

POLOZ TAL-PLAY-OFFS TAL-UEFA CONFERENCE LEAGUE

Il-poloz tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Confe­rence League kienu ttellgħu nhar is-16 ta’ Jannar:

– KuPS Kuopio (Finlandja) v Lech Poznan (Polonja)

– Noah (Armenja) v AZ Alkmaar (Olanda)

– Zrinjski (Bosnja) v Crystal Palace (Ingilterra)

– Jagiellonia (Polonja) v Fiorentina (Italja)

– Shkendija (Maċedonja) v Samsunspor (Turkija)

– Drita (Kosovo) v Celje (Slovenja)

– Sigma Olomouc (Rep. Ċeka) v Lausanne (Svizzera)

– Omonia Nicosia (Ċipru)  Rijeka (Kroazja)

L-ewwel legs – 19 ta’ Frar; it-tieni legs – 26 ta’ Frar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport