Monday, December 23, 2024

UCL: Juventus eliminati

Aqra wkoll

Hekk kif it-Tlieta bdiet tintlagħab il-ħames ġurnata mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, l-aktar aħbar li tispikka hija l-eliminazzjoni ta’ Juventus. Min-naħa l-oħra, ikkwalifikaw tliet timijiet oħra – Chelsea, Benfica u Paris St-Germain.

Grupp E

Chelsea v Salzburg

Chelsea barra minn darhom għelbu lil Salbzurg bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Mateo Kovacic (23) u Kai Havertz (64). J. Adamu kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għal Salzburg (48).

Dinamo Zagreb v AC Milan

AC Milan barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 kontra l-Kroati ta’ Dinamo Zagreb, bil-goals għalihom jaslu minn Matteo Gabbia (39), Rafael Leao (49), Olivier Giroud minn penalty (59) u auto-goal tal-player tal-Ukreni, R. Ljubicic (69).

Grupp F

RB Leipzig v Real Madrid

RB Leipzig ħasdu lil Real Madrid meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu J. Gvardiol (13), Christopher Nkunku (18) u Timo Werner (81). Iż-żewġ goals għall-Madrileni waslu minn Junior (44) u Rodrygo minn penalty (94).

Celtic v Shakthar Donetsk

Celtic u Shakthar Donetsk temmew il-konfront ta’ bejniehom fi draw ta’ 1-1 bil-goal għall-Iskoċċiżi jasal minn G. Giakoumakis (34), waqt li M. Mudryk ġab l-iskor indaqs għal Shakthar (58).

Grupp G

Dortmund v Man City

Dortmund u Manchester City temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ mingħajr goals.

Sevilla v FC Copenhagen

Sevilla ġewwa darhom għelbu lid-Daniżi ta’ Copenhagen bl-iskor ta’ 3-0 bil-protagonisti għall-Ispanjoli hekk kif irnexxielhom isibu x-xibka jkunu Y. En Nesyri (61), Isco (88) u G. Montiel (92). Ta’ nota huwa l-fatt li fil-95 minuta Copenahgen spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, il-player D. Khocolava.

Grupp H

Benfica v Juventus

F’partita li rreġistrat xejn inqas minn seba’ goals, Benfica għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals għalihom jaslu minn Andre Silva (17), Joao Mario minn penalty (28) u Rafa Silva (35, 50). It-tliet goals għall-Bianconeri waslu minn Moise Kean (21), Arkadiusz Milik (77) u Weston McKennie (79). B’hekk Juventus sfaw eliminati miċ-Champions League u jittamaw li jilagħbu fl-Europa League hekk kif jinsabu b’punti ndaqs daqs Maccabi Haifa jiġifieri tliet punti. Dan kollu jkompli jindika li l-pożizzjoni tal-coach Massimiliano Allegri tinsab dejjem aktar f’riskju.

Paris SG v Maccabi Haifa

Mill-istess grupp, Paris SG kisbu rebħa kbira ta’ 6-2 kontra Maccabi Haifa bl-iskorers għalihom ikunu Lionel Messi (19, 45), Kylian Mbappe (32, 64), Neymar (35) u auto-goal tal-player ta’ Maccabi, S. Goldberg (67). Dan sabiex A. Seck irreġistra doppjetta personali għall-Iżraeliti (38, 50).

Ekonomija

Sport