Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni leg tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Juventus għelbu lil Galatasaray 3-2 wara l-ħin barrani iżda sfaw eliminati bl-aggregate ta’ 7-5 b’mod mill-aktar denju.
Juventus marru fil-vantaġġ minn penalty mogħti minn Manuel Locatelli (36 pen) wara li Lucas Torreira waqqa’ lil Khephren Thuram fil-kaxxa.
Iżda fit-48 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa Lloyd Kelly għal foul fuq Baris Alper Yilmaz.
Peró, Federico Gatti (70) u Weston McKennie (82) ħadu l-logħba għall-ħin barrani.
Iżda żewġ goals minn Victor Osimhen (106) u Baris Yilmaz (119) taw il-kwalifikazzjoni lit-Torok.
Real Madrid v Benfica – Real Madrid għelbu lil Benfica 2-1 biex għaddew bl-aggregate ta’ 3-1.
Kien Rafa Silva (14) li fetaħ l-iskor għal Benfica iżda Aurelien Tchouameni (16) u Vinicius Junior (80) taw ir-rebħa u l-kwalifikazzjoni lill-Madrileni.
Paris SG v Monaco – Paris St Germain u Monaco spiċċaw fi draw ta 2-2 għal aggregate ta’ 5-4 favur il-Pariġini.
Il-goals waslu minn Marquinhos (60) u Khvicha Kvaratskhelia (66) filwaqt li Maghnes Akliouche (45) u Jordan Teze (92) skorjaw għal Monaco li kellhom lil Mamadou Coulibaly (59) imkeċċi.
Atalanta v Borussia D. – Atalanta kisbu rebħa u kwalifikazzjoni drammatika meta għelbu lil Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 4-1 biex għaddew bl-aggregate ta’ 4-3.
Il-Bergamaschi skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta minn Gianluca Scamacca (5), Davide Zappacosta (45) u Mario Pasalic (57).
Iżda kwarta mit-tmiem, Karim Adeyemi naqqas il-marġni għal 3-1 iżda, Atalanta skorjaw il-goal tar-rebħa fit-98 minuta permezz ta’ penalty mogħti minn Lazar Samardzic.
Minuta qabel, Dortmund kellhom lil Nico Schlotterbeck u lil Ramy Bensebaini mkeċċija.

