Saturday, December 21, 2024

UCL: Juventus jixħtu lil Manchester City f’aktar kriżi

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tas-sitt ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, il-kwadru qiegħed dejjem jifforma biex ikunu magħrufa t-timijiet li se jiksbu kwali­fikazzjoni awtomatika għall-Aħħar 16 u dawk li jidħlu fil-Play-Offs.

Juventus v Man City – Fl-aqwa partita tal-ġurnata Juventus għelbu lil Manchester City bl-iskor ta’ 2-0 biex kompliet tiġi esposta l-kriżi tat-team immexxi minn Pep Guardiola. 

Iż-żewġ goals ġew skorjati minn  Dusan Vlahovic (53) u Weston McKennie (75).

Barra minn hekk, is-City ħadu skoss qawwi milli jkomplu jisfidaw biex itemmu mal-ewwel tmien timijiet. 

Arsenal v Monaco – Arsenal laqgħu lil Monaco u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0, biex telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Bukayo Saka (34, 78) kien il-protagonista permezz ta’ doppjetta, bil-goal l-ieħor jasal minn Kai Havertz (88).

Atletico v Slovan – Atletico Madrid għelbu lil Slovan Bratislava bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Julian Alvarez (16) u Antoine Griezmann (42, 57) filwaqt li David Strelec (51 pen) wieġeb għal Slovan.  

Lille v Sturm Graz – Lille għamlu pass kbir biex itemmu mal-ewwel tmienja meta ssuperaw lil Sturm Graz bl-iskor ta’ 3-2 bil-protagonisti jkunu Osame Sahraoui (37), Mitchel Bak­ker (45) u Hakon Arnar Ha­raldsson (81). Otar Kiteishvili (45) u Mika Biereth (47) skorjaw għall-Awstrijaki. 

Borussia D. v Barcelona – Barra minn darhom Barcelona għelbu lil Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Raphinha (53) u doppjetta ta’ Ferran Torres (75, 85) filwaqt li Serhou Guirassy (66 pen, 78)  irrisponda għal Dortmund b’doppjetta oħra.  

Milan v Red Star – Milan irnexxielhom jegħlbu lil Red Star Belgrade 2-1, b’goal fl-aħħar ta’ Tammy Abraham (87).

Kien Rafael Leao (42) li fetaħ l-iskor għar-Rosso­neri iżda Nemanja Rado­njic (67) kiseb id-draw momentarju għas Serbi. 

Benfica v Bologna – Il-partita bejn Benfica u Bologna kienet l-unika waħda li spiċċat mingħajr goals biex Bologna għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa f’dan ir-round. 

Feyenoord v Sparta Pra­gue – Feyenoord laqgħu liċ-Ċeki ta’ Sparta Prague u rebħulhom bl-iskor komdu ta’ 4-2 … permezz ta’ goals minn Gernot Trauner (8), Igor Paixao (10), Anis Hadj Moussa (30) u Santiago Gimenez (63) filwaqt li Sparta wieġbu minn Albion Rrahmani (43) u auto-goal ta’ Thomas Beelen (79).  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport