Wednesday, April 30, 2025

UCL: Kollox għadu miftuħ bejn Barcelona u Inter

Aqra wkoll

Barcelona …..3

Inter ………..3

Meta ntlagħab l-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Champions League kollox għadu miftuħ beraħ meta f’partita spettakolari Barcelona u Inter temmew fi draw ta’ 3-3.

Inter kellhom bidu mill- aqwa meta wara biss 30 sekondi huma marru fil-vantaġġ me­ta Denzel Dumfries xeħet cross fil-baxx u Marcus Thuram kien fil-post it-taj­jeb u b’daqqa ta’ takkuna xeħet fix-xibka.  

Fil-21 minuta, in-Neraz­zurri rduppjaw meta minn azzjoni ta’ corner, Francesco Acerbi xeħet bir-ras fil-lasti avversarji u b’nofs rovexxjata Denzel Dumfries sammar il-ballun fix-xibka.

Madankollu, fl-24 minuta Barcelona naqqsu l-marġni tal-iskor bi ġmiel ta’ goal minn azzjoni personali ta’ Lamine Yamal.

Żewġ minuti wara, l-is­tess player ta’ 17-il sena, qabeż lil Fede­rico Dimarco u venven xutt iżda ġie mċaħ­ħad mill-mimduda.

Fit-38 minuta, il-Katalani kisbu d-draw meta mill-cross ta’ Pedri, Raphinha niżżel bir-ras lejn Ferran Torres li mill-viċin xeħet fir-rokna tax-xibka.

Fil-50 minuta, Dimarco falla ċans tad-deheb meta rċieva mingħand Yann Bisseck iżda minn taħt il-lasti xeħet għoli. 

Iżda l-istess player patta għal dan l-iżball fl-64 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner. 

Peró, żewġ minuti wara Barcelona reġgħu kisbu d- draw minn xutt ta’ Raphinha mid-distanza li ħabat mal- mimduda u ma’ dahar il- goalkeeper, Yann Sommer, u spiċċa fix-xibka.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport