Meta ntlagħab l-aħħar programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, kollox għadu miftuħ beraħ bejn Atletico Madrid u Manchester (1-1) u Benfica u Ajax (2-2) meta ż-żewġ logħbiet spiċċaw fi draw.
Atletico Madrid v Man Utd – Atletico Madrid u Manchester United temmew fi draw ta’ 1-1 għalkemm dawn tal-aħħar kellhom wirja pjuttost diżappuntanti.
L-Ispanjoli kellhom bidu tajjeb meta fis-seba’ minuta fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Harry Maguire, deher li biegħed il-periklu … bil-ballun jasal għand Renan Lodi li jixħet cross bid-dawra fejn Joao Felix irnexxielu joħroġ bejn żewġ difensuri u b’daqqa ta’ ras għeleb li David De Gea.
Fil-45 minuta, ir-Red Devils ħelsuha ħafif meta Sime Vrsaljko ġie mċaħħad mill- mimduda.
Fit-tieni taqsima, minkejja li Atletico baqgħu l-aħjar team kienu Manchester United li kisbu d-draw permezz tas-sostitut żagħżugħ Anthony Elanga (80).
Benfica v Ajax – F’partita spettakolari Benfica u Ajax spiċċaw fi draw ta 2-2.
Kienu Ajax li fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Dusan Tadic irtokka l-ballun għal ġox-xibka mill-cross ta’ Noussair Mazraoui.
Iżda fis-26 minuta, Benfica kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner Jan Vertonghen xeħet li ġie devjat minn Sebastian Haller għal auto- goal sfortunat.
Madankollu, l-istess Haller patta għal dan l-iżball meta tliet minuti wara poġġa lill-Olandiżi fil-vantaġġ. Peró fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima huwa għamel l-impossibbli meta minn taħt il-lasti xeħet barra.
Fit-72 minuta Roman Yaremchuk salva r-riżultat għall-Portugiżi.