Meta l-bieraħ intlagħab l-ewwel programm tat-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, saru magħrufa l-ewwel erba’ timijiet li kkwalifikaw għall-kwarti-finali. Dawn huma Barcelona, Inter, Bayern Munich u Paris SG.
Barcelona v Benfica– Barcelona kienu l-ewwel team li kkwalifika mal-aħħar tmienja meta fin-Nou Camp għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 3-1 f’partita li huma ddominaw biex għaddew b’aggregate ta’ 4-1.
Il-protanogista ta’ din ir-rebħa kien Raphinha (11, 42) li skorja doppjetta. L-ewwel goal wasal meta ddepożita l-ballun fix-xibka wara xogħol tajjeb minn Yamal u t-tieni wasal b’xutt angolat lejn ir-rokna tax-xibka.
Peró, Benfica kisbu d- draw momentarju minn daqqa ta’ ras ta’ Nicolas Otamendi (13) filwaqt li Lamine Yamal reġa’ poġġa lill-Katalani fil-vantaġġ.
Inter v Feyenoord– Inter ospitaw lil Feyenoord u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1 biex għaddew bl-aggregate ta’ 4-1.
Inter fetħu l-iskor kmieni fil-partita, eżattament fit-tmien minuta minn azzjoni personali ta’ Marcus Thuram li daħal fil-kaxxa u fajjar xutt qawwi biex għeleb lill-goalkeeper, Timon Wellenreuther.
Iżda fit-42 minuta, Feyenoord kisbu d-draw wara li ngħataw penalty meta Hakan Calhanoglu waqqa’ lil Jakub Moder fil-kaxxa biex l-stess mill-11-il metru ma żbaljax.
Iżda fil-51 minuta, l-itess Calhanoglu (51) patta għal dan l-iżball biex skorja l-goal tar-rebħa minn penalty.
Leverkusen v Bayern M. – Fid-derby tal-Ġermanja, Bayern Munich marru għand Bayer Leverkusen u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 bie għaddew bl-aggregate ta’ 5-0.
Wara taqsima mingħajr goals, kien Harry Kane (52) li fetaħ l-iskor minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Joshua Kimmich. Imbagħad huma rduppjaw minn first-timer ta’ Alphonso Davies (71).
B’hekk issa l-Bavarjani jiltaqgħu kontra Inter.
Liverpool v Paris SG – Paris St-Germain għaddew għar-round li jmiss meta għelbu lil Liverpool 4-1 bil-penalties wara li temmew f’aggregate ta’ 1-1 wara li l-Pariġini ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 f’Anfield, bil-goal jiġi skorjat minn Ousmane Dembele fit-12-il minuta.